Vari
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Vari
Vari

Vari tal-Passjoni u l-Mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu li l-Insibu fir-Rabat-Imdina

Fis-sett ta' Vari tar-Rabat-Imdina nsibu sett ta' għaxar vari fosthom insibu l-Eqdem vara f'Malta tal-Passjoni li hija l-Marbut xogħol minn Sqallija tas-Seklu Sittax.

L-Ewwel Vara - Ġesu' Fil-Ġnien tal-Ġetsemanti (L-Ort)


Din il-Vara hija fil-Kartapesta tal-Istatwarju Mosti Antonio Mifsud u saret fis-sena 1825. Ir-Raġġiera li naraw ma' Ġesu' Kristu kienet ġiet irregalata fl-1882 u hija xogħol fil-fidda.

It-Tieni Vara - Ġuda jitradixxi lil Ġesu' (It-Tradiment)

Din il-Vara hija waħda minn tal-aħħar li saru ġodda u kienet ġiet miżjuna mas-sett tradizzjonali fis-sena 1982. Il-Vara nħadmet mill-istatwarju Kav. Alfred Camilleri Cauchi li huwa minn Għawdex. L-Ewwel darba twasslet mill-Bieb tal-Imdina sal-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu' Akkumpanjata mill-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam fost it-tfal libsin ta' Lhud mill-Palm f'idejhom.

It-Tielet Vara - Ġesu' Marbut mal-Kolonna (Il-Marbut)

L-Eqdem vara f'dan is-sett u fil-gżejjer Maltin. Aktarx inġiebed minn Sqallija u saret fis-seklu sittex. Interessanti ferm huwa li hija minquxa f'zokk wieħed u l-iskultur tagħha ma huwiex magħruf. Il-vari kollha li insibu f'dawn il-gżejjer tal-Marbut huma kollha meħudin minn fuq din.

Ir-Raba' Vara - Ġesu' Imsawwat u Iflaġellat ( Ecce Homo)

Vara li saret ukoll mill-istatwarju Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi fis-sena 1984. Fis-Santwarju Nazzjonali ta' San Ġużepp Inkurunat wieħed jista' jara l-istatwa li kienet tintuża qabel din li kienet inħadmet minn Antonio Mifsud fis-sena 1824.

Il-Ħames Vara - Ġesu' mgħobbi bis-Salin (Ir-Redentur)

Hawnhekk naraw xogħol sabiħ fil-Kartapesta, l-awtur tiegħu ukoll mhux magħruf. Din ix-xbieha hija waħda mill-isbaħ f'dan is-sett u hija meqjusa bħala xbieha mirakoluża u devota ħafna. Ir-Raġġiera hija xogħol fil-fidda. Din l-vara sar restawr tagħha riċentament mir-Rabti u Fratell Joseph Sultana.

Is-Sitt Vara - Il-Veronika

Din hija l-ewwel vara li ser niltaqgħu magħha f'dan is-sett tal-istatwarju Magħruf Karlu Darmin, hija meqjusa fost is-sbieħ u interessanti. Karlu ħadem din il-vara fis-sena 1880. Ir-Raġġiera tagħha hija xogħol fil-fidda. Din l-vara sar restawr tagħha riċentament mir-Rabti u Fratell Joseph Sultana.

Is-Seba' Vara - Ġesu' Imneżża minn ħwejjġu (L-Għaxar Stazzjon)

Din hija ġdida li nbiddlet flokk oħra li kienet xogħol Salvatore Bruno ta' Bari. Il-Vara li naraw illum hija unika fil-gżejjer Maltin u saret fis-sena 1984 mill-Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Sar restawr riċenti mir-Rabti u Fratell Frans Vella.

It-Tmien Vara - Ġesu' Msallab fuq l-Għuda tas-Salib (Il-Vara l-Kbira)

Insibu li fis-sena 1741 kien tiġa jeżisti il-Kurċifiss li naraw illum, dan il-kurċifiss huwa xogħol mill-isbaħ fil-kartapesta. Ir-raġġiera tal-kurċifiss saret mill-Fratelli tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp u hija xogħol fil-fidda. Fuq dan il-kurċifiss u unika f'Malta hija it-tabella I.N.R.I. li nsibu miktuba kif inkitbet minn Pilatu iġifieri bil-Latin, Ġrieġ u Ebrajk. Il-Figuri tal-Madonna, San Ġwann u Madalena huma xogħol Mastru Karlu Darmin.

Id-Disa Vara - Ġesu' Mejjet (Il-Monument)

Il-Monument li naraw illum fil-purċissjoni huwa replika ta' waħda antika li tinsab ikkonserata tajjeb fin-niċċa fis-Santwarju ta' San Ġużepp Inkurunat u tinsab preċizalment tagħha ix-Xiebha ta' San Ġużepp. Għall-grazzja t'Alla għadna ngawduh sal-lum. L-Urna l-antika li hija pjuttust waħda artistika fuq still barokk inħadmet fi Sqallija aktarx fis-sena 1500. L-urna li illum toħroġ fil-purċissjoni inħaddmet fis-sena 1953 minn tlett fratelli rabti. Ġużeppi Muscat ħadem l-injam tal-urna, s-Surmast Carmelo Tonna ħadem l-iskultura fl-injam u l-Imgħallem Ġużepp Farrugia mill-Imdina ħadem l-induratura. F'dan il-Monument naraw il-figura ta' Kristu mejjet li għadu dak l-oriġinali, xogħol mill-isbaħ fil-kartapesta u min ħademu ma għandiex informazzjoni. Madwar l-urna wieħed is-sib erba' u erbgħin globu li waqt il-purċissjoni jinxtgħelu bix-xemgħa li jgħamlu atmosfera ferm isbaħ din tinsab fir-Rabat biss.

L-Għaxar u l-Aħħar Vara - Marija Mnikkta (Id-Duluri)

Maħduma fis-sena 1880 minn Mastru Karlu Darmin nsibu l-vara tad-Duluri meqjusa fost l-isbaħ f'Malta Uniku f'din il-vara huwa l-anġlu li minflokk puttinu jew San Ġwann Darmin ħadem anġlu kbir li f'idejh iġorr l-imsiemer u l-kuruna tax-xewk filwaqt li b'rasu issabbar lil Marija. Is-salib huwa xogħol mill-isbaħ fl-injam interzjat. Bħal ma hemm it-tabella fil-vara l-kbira hekk ukoll insibu f'din il-vara. Ir-Raġġiera hija xogħol fil-fidda.



 
     
  ara ritratti
  ara ritratti
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com