Innijiet, Talb u Kurunella
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Innijiet, Talb u Kurunella
Innijiet, Talb u Kurunella

TALBA

O San Ġużepp ta' qalb safja, Jiena noffrilek is-sjuffiha ta' qalbek biex nonorak denjament, u sabiex nqla' l-grazzja li għandi bżonn. Ħu ħsiebi u jien inkun fis-sigurezza, għax inti l-Kap tas-Sagra Familja.
SALVE SABNTE JOSEPH
SALVE CUSTOS VIRGINUM
SALVE O BEATE PATER, ET JESUM ORA PRO NOBIS

SEBA' TISLIMIET

Sliem Għalik Ġużeppi, Missier Puttativ ta' Ġesu'
Sliem Għalik Ġużeppi, Għarus ta' Marija
Sliem Għalik Ġużeppi, Missier tal-insara kolha
Sliem Għalik Ġużeppi, Kustodju tal-Verġni Mqaddsa
Sliem Għalik Ġużeppi, Ħabib tal-Faqar
Sliem Għalik Ġużeppi, Imgħallem tal-manswetudni u tal-paċi tal- Knisja
O Kbir Ġużeppi Imqaddes Itlob 'l Alla, li jagħti l-paċi lill-Knisja,
U li l-isem addorabbli tiegħu jkun imxandar u adorat mad-dinja kollha.

TALBA


O Mulej, li bl-għerf bla tmiem minn tiegħek għoġbok taħtar lil SanĠużepp b'Għarus t'Ommok l-Imqaddsa, agħmel nitolbuk li, billi aħna natuh qima f'dina l-art bħala Protettur tagħna, jistħoqqilna li huwa jidħol għalina fis-Sema. Hekk Ikun.

Kurunella lil San Ġużepp

I
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
Gharus tassew minn ta’ Marija
Bosta thassibt, soghba garrabt
Meta b’Gesu’ rajtha moghnija
Izda bil-ferh qalbek intliet
Hekk kif mis-Sem l-ahbar int hdat
Li daka l-Iben, frott tal-Qdusija
Is-sahha kien minn ta’ Kulhadd
 
Pater, Ave u Gloria.
 
II
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
F’qalbek hassejt l-akbar dulur
Meta go ghar rajt lil Gesu’
Imwieled fqir bil-bard mahqur
Izda mahrug minnek inniefsek
Bil-ferh, u l-hena qalbek intliet
Meta smejt l-Angli li gew mis-sema
Il-gieh ihabbru minn tal-Milied
Pater, Ave u Gloria
 
III
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
Giet b’imrar kbir qalbek mimlija
Waqt li ta’ demmu l-ewwel qatriet
Xerred ghalina Gesu’ tarbija.
B’ferh izda kbir qalbek imlielek
Minn ta’ Gesu’ l-isem sabih,
Illi mill-Anglu sa minn zmien qabel
Il-jedd giek moghti biex issemmih
Pater, Ave u Gloria.
 
 
IV
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
B’sejf l-izjied ahrax qalbek darablek
Xmuni ix-Xwejjeh meta fit-Tempju
Ta’ Gesu’ Sidna il-mewt nsablek.
Izda bil-ferh qalbek thenniet
Ghax smajt int kif dik it-tbatija
Kellha ghalin tisfa bi hlas
Sabiex mill-jasar nigu mifdija.
Pater, Ave u Gloria.
 
V
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
Ghexiewi kbar f’qalbek garrabt
Meta b’Gesu’ mort go l-Egittu
Sabiex t’Erodi il-qilla hrabt
B’ferh izda kbir farraglek qalbek
Dak Gesu’, li int harist:
Mieghek imghannaq, imghannaq mieghu
Bin-nar ta’ mhabbtu kollok int kbist
Pater, Ave u Gloria.
 
VI
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
Giet b’ghoqla kbira qalbek maghsura
Meta fir-reggha minn ta’ l-Egittu
Il-biza’ riedek l’int terga’ lura.
Izda mill-gdid il-ferh intraddlek
Meta lil qalbek biex issabbarlek
Il-biza’ kollu nehhielek l-Anglu
U kbir mistrieh nizel habbarlek.
Pater, Ave u Gloria.
 
VII
O Kbir Missier Guzeppi Mqaddes
Ahrax tnehid ghal tlett ijiem
Minn qalbek slitt daqskemm Gesu’
Minnek nitluf jitfittex diem.
Ferh ta’ bla tmiem izda garrabt
Hemm got-Tempju meta misjub
Rega’ gie minnek Sidna Gesu’
Xemx jaghti l-hajja, Hena tal-qlub.
 
Pater, Ave u Gloria.
 

TALBA LIL SAN ĠUŻEPP

O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara dak tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.
Mela f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.
Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja. Ieqaf magħna mis-smewwiet, f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa iddefendi l-Knisja Mqaddsa t’Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.
Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta’ dejjem ġewwa l-ġenna. Ammen.

Innu Popolari lil San Ġużepp 'Lil Ġużeppi Ejjew Faħħru'

Mużika: Mro. Carlo Diacono 
Versi: Prof. Anastasio Cuschieri O.Carm.


Lil Ġużeppi ejjew Faħħru 
intom tfal intom tfajliet 
Ġibu magħkom Ġilji bojod 
u xerrduhom bil-mijiet. 
Għax bħal ġilju kienet qalbu 
Safja mbegħda mill-ħtijiet

Minn ta' Malti u ta' Nisrani 
id-Demm jiġri jħoss ġo fih 
lil Ġużeppi jfaħħar magħna 
f' dal Jum tiegħu tant sabieħ.

Sliem Għalik għax fuqek Alla 
Għajnejh xeħet mis-Smewwiet, 
lilek għażel b'għarus t'Ommu 
Bħal Missier Hu lilek ried. 
Lilek qiegħed biex tħarishom 
Fuq kemm għandha l-Knisja Ulied.

Lil Ġużeppi Komplu faħħru 
Intom tfal, intom tfajliet, 
Għax bħal tagħkom kienet qalbu 
Safja mbegħda mill-ħtijiet.

Dil-mixgħela li qed tara 
U diż-żina fit-triqat. 
Dana l-għana li qed tisma’ 
Kollu ħegga ta’ xewqat. 
Mhux ħlief nar ħiereġ min qlubna 
Mhux hlief ferħ mingħajr frugħat.

Lil Ġużeppi Komplu faħħru 
Intom tfal, intom tfajliet, 
Għax bħal tagħkom kienet qalbu 
Safja mbegħda mill-ħtijiet.

Meta fuqhom lil ta’ qbilna 
Ġiet is-siegħa tal-kefrin, 
Int il-qalbhom mort tqawwilhom 
U għamilthom rebbiħin. 
Bħalhom aħna rridu nkunu 
Sħaħ fil-fidi u qalbenin.

Lil Ġużeppi Komplu faħħru 
Intom tfal, intom tfajliet, 
Għax bħal tagħkom kienet qalbu 
Safja mbegħda mill-ħtijiet.

Inti r-Rabat u l-Imdina 
Int l-Art kollha tal-Maltin 
Ħares dejjem minn kull deni 
O Sultan tal-Qaddisin 
Fil-Mewt tagħna ieqaf magħna 
O Missier l-Aktar Ħanin.

Minn ta' Malti u ta' Nisrani 
id-Demm jiġri jħoss ġo fih 
b'talb u sliem, b'tifħir u għana 
Lil Ġużeppi jagħti Ġieħ

Litanja ta’ San Ġużepp

Mulej Ħniena,
Kristu Ħniena,
Mulej Ħniena,
Kristu Ismagħna,
Kristu ilqa’ it-talb tagħna,
Missier Etern Alla,                                          Ħenn Għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja,                                Ħenn Għalina
Imqaddsa Marija,                                           Itlob Għalina
Imqaddes Ġużeppi,                                         Itlob Għalina
Iben glorjuż ta’ David,                                     Itlob Għalina
Dawl tal-Patrijarki,                                         Itlob Għalina
Għars tal-Verġni Omm Alla,                           Itlob Għalina
Kustudju safi tal-Verġni Marija,                    Itlob Għalina
Int li ħsibt għall-għejxien tal-Iben t’Alla,       Itlob Għalina
Int li bi bżulitek ħarist lil Kristu,                      Itlob Għalina
Int Kap tal-Familja Mqaddsa,                         Itlob Għalina
Ġużeppi kollok qdusija,                                   Itlob Għalina
Ġużeppi kollok Safa,                                        Itlob Għalina
Ġużeppi kollok għaqal            ,                                   Itlob Għalina
Ġużeppi kollok qawwa,                                   Itlob Għalina
Ġużeppi kollok ubbidjenza,                             Itlob Għalina
Ġużeppi qaddej l-aktar fidil,                           Itlob Għalina
Mera ta’ sabar            ,                                               Itlob Għalina
Ħabib kbir tal-faqar,                                       Itlob Għalina
Xempju tal-ħaddiema,                                                Itlob Għalina
Ġieħ, żina tal-ħajja tad-dar,                           Itlob Għalina
Ħarsien talVerġni,                                          Itlob Għalina
Sur qawwi ta’ kull familja,                              Itlob Għalina
Faraġ tal-imsejknin,                                        Itlob Għalina
Tama tal-morda,                                             Itlob Għalina
Patrun tal-Moribondi,                                     Itlob Għalina
Biża’ tal-infern,                                               Itlob Għalina
Protettur tal-Knisja Mqaddsa,                                    Itlob Għalina
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,     Aħfrilna nitolbuk Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,     Ismagħna nitolbuk Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,     Ħenn Għalina.

Itlob għalina O Mqaddes Ġużeppi, Biex ikun jistħoqqilna dak li wgħedna  Kristu.

Nitolbu O Alla li fil-providenza tiegħek tal-għaġeb għoġbok taħtar lil San Ġużepp bħala Għarus tal-Omm Imqadsa tiegħek, agħmel, nitolbuk, li ki qegħdin nagħtuh ġieh fuq din l-art bħala Protettur tagħna, hekk ukoll ikun jistħoqqilna li jidħol għalna fis-sema. Hekk Ikun.

 

 
     
  ara ritratti
  ara ritratti
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com