Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Talba lill-Familja Mqaddsa għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja

Matul ix-xahar t'Ottubru 2014 ġewwa l-Vatikan qed jiltaqa' s-Sinodu dwar il-Familja. Kulħadd imħeġġeġ li b'għaqda fit-talb nitolbu din it-Talba lil Familja Mqaddsa biex dan is-Sinodu jkun ta' suċċess.

TALBA LILL-FAMILJA MQADDSA GĦAS-SINODU TAL-ISQFIJIET DWAR IL-FAMILJA


Ġesù, Marija, Ġużeppi,
Fikom aħna nikkontemplaw
il-ġmiel tal-imħabba vera,
lejkom induru b’fiduċja sħiħa.
Familja Mqaddsa ta’ Nazaret
Agħmel li l-familji tagħna
Jkunu mkejjen ta’ għaqda u ċenakli ta’ talb,
Skejjel veri tal-Evanġelju,
U knejjes żgħar fid-djar tagħna.
Familja Mqaddsa ta’ Nazaret
Żomm bogħod mill-familji tagħna
kull vjolenza, rifjut u firdiet:
u agħmel li dawk li sfaw mweġġgħin jew skandalizzati,
isibu faraġ u fejqan.
Familja Mqaddsa ta’ Nazaret
Għin lis-Sinodu tal-isqfijiet li ser jiltaqa’
biex jerġa’ jfakkarna fil-qdusija, fil-ħarsien bla mittiefes tal-familja,
u fis-sbuħija tagħha skont il-pjan ta’ Alla.
Ġesù, Marija, Ġużeppi,
Isimgħu u ilqgħu din it-talba tagħna.
Ammen.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com