Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
  Facebook

Appell biex jingħad ir-Rużarju Mqaddes

OTTUBRU X-XAHAR TAR-RUŻARJU

Ir-Rużarju huwa meditazzjoni u talba ta’ supplika fl-istess ħin. Nitolbu bla heda lill-Omm Alla għax għandna fiduċja li bl-interċessjoni tagħha ta’ Omm hi kollox tista’ taqla mingħand Binha. Hi “tista’ kollox bil-grazzja”, biex nużaw l-istess kliem li l-Beatu Bartolo Longo juża fit-talba tas-Supplika; kliem li rridu nifhmuhom sew. Din il-konvinzjoni li bdiet mill-Evanġelju, kompliet tissaħħaħ fl-esperjenza tal-poplu nisrani. Il-poeta magħruf Dante jfissirha b’mod tal-għaġeb bil-versi ta’ San Bernard: « Mara, int kbira u setgħana wisq,/ min jixtieq il-grazzja u ma jdurx lejk/xewqatu tkun qed ittir bla ġwienaħ ».(26) Meta fir-Rużarju nitolbu lil Marija, hi, santwarju ta’ l-Ispirtu s-Santu (ara Lk 1, 35) tidħol għalina quddiem il-Missier, li fawwarha bil-grazzja u quddiem Binha, li twieled minn ġufha, u hi titlob magħna u għalina. (ĠWANNI PAWLU II ROSARIUM VIRGINIS MARIAE ITTRA APPOSTOLIKA dwar IR-RUŻARJU MQADDES mibgħuta lill-Isqfijiet, lill-Kleru u lill-Fidili. 16 Ottubru 2002 Ħajr lil Ms Vivienne Attard tat-traduzzjoni u xogħol ta’ typing.)

Kull min jghid din it-talba ta' San Ġużepp matul ix-xahar t’Ottubru wara r-Ruzarju jirbah l-Indulgenzi moghtija mill-Papa Ljun XIII, fil-15 t’Awissu 1889. Kif ukoll dawk kollha li jighiduha matul is-sena, jirbhu l-Indulgenzi applikabli ghall-Erwieh tal-Purgatorju b’Digriet tal-kond. Tal-Indulg. Tal-21 ta’ Settembru 1889

Nappellaw lil membri tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp biex jitoblu din it-talba tant sabiħa li hija għall-qalb Ġesu' Marija u Ġużeppi.

  ara ritratti
  ara vidjos
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com