Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Servizz tal-Fratelli Festa San Franġsik

29 ta’ Settembru, 2014
Ċirkulari
Lill-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp


FESTA TA’ SAN FRANĠISK


Għeżież Fratelli,
L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp giet mistiedna tieħu sehem fil-Festa ta’ San Franġisk ta’ 
Assisi li se tiġi ċċelebrata mill-Patrijiet Franġiskani fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù –
Rabat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2014. L-imsemmija Arċikonfraternità se tieħu sehem billi 
takkumpanja fit-Translazzjoni ta’ Lejlet il-Festa, nhar is-Sibt 11 ta’ Ottubru 2014, fis-6.00 
p.m.
Għalhekk dak in-nhar (is-Sibt 11 ta’ Ottubru) il-Fratelli huma mitluba li jkunu fis-sagristija 
tas-Santwarju ta’ San Ġużepp, fis-5.45 p.m. biex nilbsu u fis-6.00 p.m. noħorġu 
nakkumpannjaw fit-Translazzjoni. 
Filwaqt li nirringrazjawkom bil-quddiem tal-parteċipazzjoni tagħkom, inselli għalikom.


Dejjem tagħkom,
Stephen Pace 

Segretarju

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com