Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Festa San Franġsik t'Assisi

NIĊĊELEBRAW
SAN FRANĠISK T’ASSISI

LILL-PATRIJARKA MISSIERNA

Fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani, Santa Marija ta’ Ġesù Rabat - 2014

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet.
L-Erbgħa 1 t’Ottubru: BIDU TAX-XAHAR TAR-RUŻARJU.
Niċċelebraw il-25 Sena tal-Konsagrazzjoni tal-Altar tal-Knisja tagħna.
6.00pm: Nitolbu r-Rużarju. Matul ix-xahar t’Ottubru nitolbu r-Rużarju  quddiem il-Presenza ta’ Ġesù fl-Ewkaristija u tingħata l-Barka Sagramentali.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni Konċelebrata immexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles Scicluna, Isqof Awżiljarju flimkien mal-Fraternità Franġiskana.
Wara ċ-Ċelebrazzjoni niltaqgħu f’Laqgħa soċjali fil-Kunvent.
Il-Ġimgħa 3 t’ Ottubru – LEJLET  IS-SOLENNITÀ TA’ SAN FRANĠISK
6.00pm: Nitolbu ir-Rużarju.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Konċelebrata mmexxija mir-Rev. P.Stephen Magro OFM, il-Gwardjan tal-Fraternità. Fiha nitolbu t-Talba tal-Għasar.  Fi tmiem il-Quddiesa niċċelebraw il-Vjaġġ qaddis għas-Sema ta’ San Franġisk.
Is-Sibt 4 t’Ottubru – JUM IS-SOLENNITÀ TA’ SAN FRANĠISK
7.30am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mir-Rev.P. Martin Coleiro OFM, Vigarju tal-Fraternità.  Fiha nitolbu t-Tifħir ta’ Sbiħ il-jum.
6.00pm: Nitolbu r-Rużarju.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
It-Tnejn 6 t’Ottubru – JUM TA’ TĦEJJIJA.
Illum inġeddu l-impenn tagħna biex ħajjitna tkun il-Vanġelu kif għexu San Franġisk.
6.00pm:  Nitolbu r-Rużarju.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa  mmexxija mir-Rev.P. Baskal Magro OFM Conv. Fiha jsir it-tiġdid tal-Professjoni għall-membri tal-Ordni Franġiskan Sekular.
It-Tlieta 7  t’ Ottubru. JUM TA’ TĦEJJIJA.
Illum insaħħu fina d-devozzjoni tagħna lejn Sidtna Marija Omm Ġesù bl-istess qima li kellu San Franġisk.
6.00pm. Nitolbu r-Rużarju.
6.30pm.  Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa immexxija mir-Rev.P.Joseph Zahra OP.
L-Erbgħa 8, il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10  tOttubru.
JIEM TA’ RIFLESSJONIJIET FUQ IL-PERSUNA TA’ SAN FRANĠISK BIEX JEDUKAWNA FL-IMĦABBA LEJN ALLA U L-PROXXMU.
5.30pm: Nitolbu r-Rużarju.
6.00pm: Nitolbu t-Talba tal-Għasar.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal- Quddiesa bil-Priedka mir-Rev.P. Joseph Magro OFM.
L-Erbgħa jmexxi  Rev. P.Godfrey Micallef OFM.
Il-Ħamis jmexxi Rev.P. Ġużepp Camilleri OFM.
Il-Ġimgħa jmexxi Rev.P. Joseph Ciappara OFM.
Fi tmiem il-Quddiesa nagħtu ġieħ lil San Franġisk bil-Kant tal-Antifona.
 
Il-Ġimgħa 10  tOttubru.
9.15am: Quddiesa għat-tfal tal-iskola.
 
Is-Sibt 11 t’ Ottubru 2014 - LEJLET IL-FESTA
5.30pm: Nitolbu r-Rużarju.
6.00pm: Translazzjoni Solenni mill-Kappella ta’ San Franġisk, bis-sehem tal-Fratelli tal-Arċikonfraternita immexxija mir-Rev.P. Marcellino Micallef OFM, Vigarju Provinċjali.
6.30pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni Konċelebrata immexxija mir-Rev.P. Marcellino Micallef OFM, Vigarju Provinċjali, flimkien mal-Fraternità Franġiskana.
 
Il-Ħadd 12 t’Ottubru  – JUM IL-FESTA
9.45am: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa animata mill-Grupp tal-Adoloxxenti, immexxija mir-Rev.P. Joseph Magro OFM.
5.30pm: Nitolbu r-Rużarju.
Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, kulħadd hu mistieden għar-Riċeviment fil-kunvent.
6.00pm: Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni konċelebrata immexxija mill-W.Rev.P. Richard S. Grech OFM Ministru Provinċjal. Jippriedka Rev.P.Dijonisju Mintoff OFM. Huma mistiedna b’mod speċjali l-Fratelli tal-Arċikonfraternita, il-Membri OFS, il-Kumitat tal-Każin L’Isle Adam, Benefatturi u Helpers.
 

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com