Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

VELJA TA' TALBA

TAĦT IL-ĦARSIEN TA’ SAN ĠUŻEPP

Velja ta’ Talb

Biex infakkru il-125 Anniversaju tal-Enċiklika dwar San Ġużepp Quamquam Pluries tal-Papa Ljun XIII u l-25 Anniversarju tal-Eżortazzjoni Appostolika Redemptoris Custos dwar il-Missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu u tal-Knisja tal-Papa San Ġwanni Pawlu II:

NHAR L-ERBGĦA 6 TA’ AWWISSU 2014
F’JUM L-EWWEL ERBGĦA TAX-XAHAR: JUM IDDEDIKAT LIL SAN ĠUŻEPP
Organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, ħdejn is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp, fi Triq San Ġużepp – Rabat

Fis-7.00 p.m. Rużarju Meditat u Barka Sagramentali.

Fis-7.30 p.m. Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mir-Rev. Patri Martin Coleiro O.F.M. u wara katekeżi mir-Rev. Patri Renald Lofreda O.Carm., Kappillan tal-Parroċċa tal-Fgura.

Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-bews tal-Bastun tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat.

Jieħu sehem il-Kor Santa Klara tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tar-Rabat flimkien mas-St. Martin’s Choir tal-Baħrija.

Wara ssir Bibita fil-bitħa tal-Każin tal-Banda L’Isle Adam.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com