Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Tislima lid-Direttur Spiritwali

Wara li ġie fi tmiemu l-Kapitlu Ġenerali tal-Provinċja Franġiskana Maltija, ir-Rev. Gwardjan Patri Pawl Galea OFM inħatar Gwardjan ġewwa l-Kunvent tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cour f'Tas-Sliema. Għalhekk fil-jiem li ġejjien Patri Pawl ser iħalli l-kunvent tar-Rabat biex jingħaq fil-Komunita' Franġiskana f'Tas-Sliema. Il-Gwardjan tal-Knisja tagħna issir sejjer ikun Patri Stephen Magro OFM li nilqugħ fostna fil-jiem li ġejjien.

Aħna minn qalbna nirringrazzjawh tas-servizz kemm bħala Gwardjan tal-Knisja Santa Marija ta' Ġesu' u anke tas-servizz religjuż b'impenn bħala Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternita' tul dawn l-aħħar sitt snin.

Patri Pawl kien il-moħħ wara l-Festa tall-1 ta' Mejju biex tibda tkun iċċelebrata bħala Festa kif ukoll li ta' bidu għall-Erbgħat ta' formazzjoni li issiru kull l-ewwel Erbgħa tax-xahar bħala katekezi lil Fratelli u Konsorelli. Ta' din il-ħidma nirringrazzjawh. Is-Sena l-oħra u din is-sena ħadem bil-qalb fuq proġett ambizzjuż u bżonnjuż biex il-Knisja tagħna tkun imzejjna b'sett qniepen kif jixraqilha din il-ħidma intemmet b'suċċess kbir f'Marzu 2014.

Nawgurawlek Patri Pawl li kif dejjem għamilt tkompli tgħamel li ix-xerred l-Isem imqaddes ta' Sidna Ġesu' Kristu li huwa l-Iben ta' Marija u Ġużeppi. Aħna ser inzommuk f'qalbna u f'talbna.

GRAZZI TA' ĦIDMIETEK FOSTNA R-RABTIN.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com