Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Restawr tal-Aħħar Fażi tas-Saqaf tas-Santwarju

Saret ħidma kbira mill-Fratelli sabiex jintrama l-iscaffolding biex titkompla l-aħħar fażi tar-restawr tas-saqaf tas-Santwarju ta' San Ġużepp. Il-fażi u l-aħħar li immis issa hija minn taħt il-kopla 'l isfel sa fuq iċ-ċinta u il-faċċata fejn hemm in-niċċa ta' San Ġużepp Inkurunat. Dawn il-Fratelli frankaw lil Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina is-Somma ta' €8,000 biex ramaw dan l-iscaffolding volontarjament. Minn Qalbna ngħidulhom Grazzi.

Terġa' tingħata id-dehra oriġinali tal-arma li tid-domina il-kopla tas-Santwarju. Ix-xogħol tal-immudellar tal-arzella u tal-monogramma saru mill-membru tal-Arċikonfraternita' is-sur Michael Agius.

Ir-Restawr fuq il-Pittura u d-dekorazzjoni għaddej ġmielu mill-Kumpanija ReCoop-The Restoration and Conservation Coop Ltd.

Ritratti tas-Sagristan is-Sur Bernard Schembri
 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com