Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Sehem il-Fratelli

Servizzi tal-Fratelli fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

L-Erbgħa 30 t'April

L-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp ġiet mistiedna tieħu sehem fil-Festa Titulari ta' San Ġużepp Ħaddiem ġewwa Birkirkara. Lejlet il-Festa Nhar l-Erbgħa 30 t'April, fis-6:00p.m. Aħna ġejna mistiedna biex nakkumpanjaw it-Translazzjoni u wara nieħdu sehem fil-Quddiesa li se tiġi mmexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Pawl Galea O.F.M. Għalhekk inħeġġu lil Fratelli biex nieħdu sehem f'din iċ-ċelebrazzjoni. Kull min jixtieq jieħu sehem għandu javviċina lis-Sur Joe Pearson u Adrian Zahra biex wieħed jikkonferma l-attendenza tiegħu minħabba li ser ikun organizzat trasport li ser jitlaq fil-5:00pm minn ħdejn Villa Rumana.


Il-Ħamis 1 ta' Mejju

Inħeġġu lil Fratelli biex nieħdu sehem fit-tifkira tal-wieħed u ħamsin sena mill-Inkurunazzjoni Solenni tax-xbieha Għażiża u Mirakoluża ta' San Ġużepp kif ukoll Festa ta' San Ġużepp Ħaddiem. Fis-6:30p.m. Quddiesa fis-Santwarju Nazzjonali ta' San Ġużepp Inkurunat u wara korteo li jitlaq mill-istess Santwarju għall-quddiem il-Monument ta' San Ġużepp  fil-pjazza ta' quddiem Villa Rumana. Dwar din iċ-ċelebrazzjoni u l-attendenza tiegħek għandek tinforma lis-Segretarju s-Sur Stephen Pace, minħabba l-postijiet riservati waqt il-quddies. Dawk li ħa jieħdu sehem għandhom ikunu fis-Sagristija tal-Knisja fis-6:15p.m.


L-Uffiċjali tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp iħeġġukom tattendu bħal dejjem biex inkomplu nxerrdu d-devozzjoni lejn l-Patrijarka San Ġużep.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com