Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

SERVIZZ TAL-FRATELLI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP

It-Tlieta 18 ta’ Marzu – Lejlet il-Festa: 

Dak in-nhar il-fratelli mitluba li jkun fis-sagristija tas-Santwarju ta’ San Ġużepp fil-5.30 p.m. sabiex jieħdu sehem fit-Translazzjoni li toħrog mill-istess Santwarju fis-6.00 p.m. 

L-Erbgħa 19 ta’ Marzu – Jum il-Festa:

F’dan il-jum mitluba li tkunu fis-Santwarju ta’ San Ġużepp fis-7.30 a.m. sabiex fit-8.00 a.m. immorru l-Imdina proċessjonalment għall-Kapitlu tal-Katidral.

Min jixtieq jibqa’ għall-Quddiesa Pontifikali mportanti li javżana minn qabel, peress li se jinżammu biss 12-il post għall-Fratelli sabiex jieħdu sehem fil-Quddiesa, u Fratell ieħor li jżomm l-istandard iż-żgħir. Għalhekk jiġu biss aċċettati l-ewwel 12 li javviċinaw lis-sagristan, is-Sur Bernard Schembri.

Filgħaxija fis-6.30 p.m., il-fratelli għandhom jkunu fl-istess Santwarju biex jilbsu u jieħdu sehem fil-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, li toħrog mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fis-7.00 p.m. 

Qed nagħmlu appell speċjali sabiex bħala Fratelli ta’ San Ġużepp nieħdu sehem billi nakkumpanjaw f’din il-purċissjoni bix-xbieha tal-Patrun tal-Arċikonfraternità tagħna kif għamilna s-sena l-oħra. Huwa xieraq tassew li nakkumpanjaw din il-purċissjoni aħna l-Fratelli membri fi ħdan din l-Arċikonfraternità tagħna. Għalhekk nagħmlu mezz li dak in-nhar filgħaxija nilbsu u nieħdu sehem billi nakkumpanjaw b'devozzjoni lejn il-Kbir Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali.
 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com