Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Jum is-Solennita' ta' San Ġużepp

Jum is-Solennità ta’ San Ġużepp (Festa Pubblika)

L-Erbgħa 19 ta' Marzu 2014

Fis-6.00 a.m. Quddiesa bl-omelija.

Fis-7.00 a.m. Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M., fejn fiha jingħad it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.

Fit-8.00 a.m. Quddiesa bl-omelija fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Sandro Overend O.F.M.

Fid-9.00 a.m. Jasal proċessjonalment fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù’ mill-Knisja Katidrali ta’ Malta fl-Imdina, il-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, fejn lilu tigi mogħtija merħba b’daqq ta’ Marci mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam ħdejn il-Każin tagħha. Kif ukoll isir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti matul il-korteo proċessjonali.

Fid-9.15 a.m. Quddiesa Konċelebrata Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan bil-paneġierku mir-Rev. Patri Charlo Camilleri O.Carm., Pirjol tal-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani tal-Imdina.   Issir ukoll il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Imtarfa.

Wara f’Palazzo Xara, isir riċeviment għal persuni distinti u benefatturi tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam fis-swali tal-Każin ta’ l-istess Għaqda Mużikali.

Fl-10.15 a.m. Quddiesa Letta fis-Santwarju ta’ San Ġużepp.

Waqt is-Sanctus tal-Quddiesa Pontifikali u f’nofs in-nhar isir ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Fis-1.00 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam li jibda minn taħt l-Ark Trijonfali fi Triq San Pawl u jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Patrijiet, Bir il-Ljun, San Martin, Indri Borg, San Pawl, Wesgħa tal-Mużew, Doni, San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp, fejn il-Marċ jigi fit-tmiem tiegħu quddiem il-Każin fost il-ferħ u l-kant tal-Innijiet Ġużeppini.

Fis-6.00 p.m. Għasar Solenni

Fis-6.00 p.m. Il-Band Ċittadina King’s Own tal-Belt, tagħmel Marċ minn ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fi Triq San Ġużepp li jgħaddi mit-toroq: Pjazza L’Isle Adam, Santu Wistin, Repubblika, il-Kbira, San Pawl sa ħdejn il-planċier. Wara tilqa’ bid-daqq tal-Innu Popolari, l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-ħruġ u fid-dħul tagħha fil-Knisja. Matul id-dawra tal-purċissjoni, l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċier ħdejn il-Knisja.

Fis-6.30 p.m. Il-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ tagħmel Marċ minn quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp, li jgħaddi mit-toroq: San Pawl u San Ġużepp sa Pjazza L’Isle Adam, fejn tilqa’ l-istatwa ta’ San Ġużepp bid-daqq tal-Innu Popolari u tkompli takkumpanja wara l-istess statwa b’daqq ta’ Innijiet lil San Ġużepp matul id-dawra tal-purċissjoni sat-triq tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.

Fis-7.00 p.m. Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’ San Ġużepp,  bis-sehem tal-Patrijiet Minuri u l-Fratelli tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp. 

Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jsir ħruq ta’ salut u kaxxa nfernali. Filwaqt li matul il-purċissjoni jsir ħruq ta’ diversi murtaletti u murtaletti tal-kulur. X’ħin l-istatwa tasal taħt l-Ark Trijonfali tiġi maħruqa kaxxa nfernali tal-kulur.

10.00 p.m. Dħul ta’ l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-knisja, fejn isir kant ta’ l-Innu u l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.


Day of the solemn and devotional feast of St. Joseph (Public Holiday)

Wednesday 19th March 2014

At 6.00 a.m. Holy Mass with Homily.

At 7.00 a.m. Holy Mass celebrated by the Provincial Minister of the Franciscan order Rev. Father Sandro Overend O.F.M. during this Mass there will be the chanting of the Praise of Dawn.

At 8.00 a.m. Holy Mass with Homily at the National Sanctuary of St. Joseph. 

At 8.30 a.m. The processional arrival of the Rev. Metropolitan Cathedral Chapter at the Church of St. Mary of Jesus. This will be welcomed by marches and hymns played by the L’Isle Adam Philarmonic Band of Rabat that will be stationed near Palazzo Xara. During the procession aerial flares and crackers are let off. 

At 9.15 a.m. The Rev. Metropolitan Cathedral Chapter will celebrate Holy Mass at the Church. 

At 10.15 a.m. Holy Mass with Homily held in the National Sanctuary of St. Joseph. 

During the Sanctus of this devotional Mass and at noon there will be the let off of aerial flares and crackers. 

At 1.00 p.m. the traditional march through the old streets of Rabat in the suburbs of the old city of Mdina, where popular marches and hymns are played by the L’Isle Adam Band. This March will start from St. Paul’s Street, just under the wooden triumphal arch and will pass through the following streets: Il-Patrijiet, Lion’s Well, St. Martin, Indri Borg, St Paul, Museum Esplenade, Doni, St. Bartholomew, Zondadari, St Augustin, L’Isle Adam Square, St. Joseph where the march will come to its final climax with a mass celebration of the traditional singing of hymns and anthems. 

At 6.00 p.m. the solemn chanting of the Vespers

At 6.00 p.m. the King’s Own Band Club of Valletta will start a band march near the Church of St. Mary of Jesus. This band passes through the following streets: L’Isle Adam Square, St. Augustin, Republic, Main Street, St. Paul and in the end this band settles on the raised stand to perform a Musical Programme in front of the Convent of the Franciscan Friars next to the church of St. Mary of Jesus. As soon as the procession reaches the church the King’s Own Band Club of Valletta will perform the hymn of St. Joseph and other anthems. 

At 6.30 p.m. The De Rohan Band club of Żebbuġ strats a march from in front the Monument of St. Joseph at Museum Esplenade and continues through St. Paul Street, St. Joseph Street and L’Isle Adam Square where it welcomes the procession by playing the popular hymn of St. Joseph. Then it accompanies the ceremonial procession through the streets of Rabat. During this procession the De Rohan Band performs marches and hymns dedicated to St. Joseph until the procession reaches the church of St. Mary of Jesus.

At 7.00 p.m. The solemn Procession of St. Joseph , accompanied by the Franciscan Friars and by the members of the Archconfraternity of St. Joseph.
While the statue is carried shoulder high out of the church there will be the firing of the salute and also a consecutive display of aerial fireworks. During the procession various colourful flares and crackers are shot high in the sky. Other displays of fireworks take place when the procession reaches Saqqajja Hill Square and as soon as the Statue passes under the triumphal arch. Here a consecutive display of colourful aerial fireworks is let off.

At 10.00 p.m. The ceremonial statue of St. Joseph arrives at the church of St. Mary of Jesus. The chanting of the popular Hymn St. Joseph and of the Antiphone is performed. Then the exposure of the Holy Eucharist and the adoration of Corpus Domini takes place. As part of the closure the worshippers gathered are blessed.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com