Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Lejlet il-Festa

Lejlet is-Solennità ta’ San Ġużepp

It-Tlieta 18 ta' Marzu 2014

Fis-7.30 a.m. Quddiesa Konċelebrata bil-kant tat-Te Deum, immexxija mill-E.T. Mons. Silvestru C. Magro O.F.M., Vigarju Appostoliku ta’ Bengħazi – Libja.

Ħruq ta’ Kaxxa, Murtali u Murtaletti.

Fl-11.45 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fil-5.00 p.m. Quddiesa bl-omelija.

Fis-6.00 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Ġużepp, mis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Għasar Solenni mexxija mill-Wisq Rev. Patri Sandro Overend O.F.M., Ministru Provinċjali.  Wara Ċelebrażżjoni Ewkaristika mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silverstru C. Magro O.F.M.

Waqt it-Translazzjoni jsir ħruq ta’ Salut, Kaxxa Infernali u Murtaletti.

Fit-7.45 p.m. Quddiesa bl-omelija.

Fit-7.45 p.m. Il-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam tagħmel Marċ minn quddiem il-Każin tagħha fi Triq San Pawl għat-toroq: San Ġużepp, Pjazza L’Isle Adam, Santu Wistin, Repubblika, Il-Kbira u San Pawl fejn ittemm il-marċ tagħha quddiem il-Knisja Ta’ Duna fil-11.00 p.m.  

Fit-8.30 p.m. Il-Banda Beland taż-Żejtun tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċir quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u wara tagħmel Marċ minn quddiem l-istess planċir tul Triq San Pawl sa’ tarf Triq il-Kbira fejn terġa’ tinżel tul it-triq tal-Knisja quddiem il-Banda L’Isle Adam fejn ittemm il-marċ tagħha fil-11.30 p.m., fil-Wesgħa tal-Mużew, quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp.

Fid-9.15 p.m. Ħruq tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru, fejn isir ħruq ta’ Sfejjer, Blalen, Beraq Pront u Murtali tal-Kulur. 


Fil-11.30 p.m. Ħruq ta’ Kaxxa Infernali tal-Kulur u wara jsir il-Logħob tan-Nar tal-Art fil-Wesgħa tal-Mużew ħdejn id-Domus Rumana.


Eve of the solemn and devotional feast of St. Joseph

Tuesday 18th March 2014

At 7.30 a.m. Holy Mass with chanting of the Te Deum. There will 
also be a display of consecutive aerial fireworks. 

At 11.45 p.m. Aerial fireworks are let off. 

At 5.00 p.m. Holy Mass with Homily.

At 6.00 p.m. Devotional transfer of the reliquary urn of St. Joseph from the National Sanctuary of St. Joseph to the church of St. Mary of Jesus with the participation of the Franciscan Friars and the members of the Archconfraternity of St. Joseph. Just afterward there will be the chanting of the Vespers directed by the Provincial Minister of the Franciscan order Rev. Father Sandro Overend O.F.M., Eucharistic Celebration directed by His Excellency Mgr. Father Sandro Overend O.F.M., Provincial Minister. 
During the transfer of reliquary urn there will also be a display of consecutive aerial fireworks.


At 7.45 p.m. Holy Mass with Homily.


At 7.45 p.m. A march through the streets of Rabat by the L’Isle Adam Band Club. This march starts from the Church of St. Mark of the Augustinians and passes through the following streets St. Augustin, Piazza L’Isle Adam, St. Joseph, St. Paul till we reach the Museum Esplanade near the Domus Romana. 


At 8:30 p.m. Musical Programm by Beland Band from Żejtun, after march together with L'Isle Adam Band passes through the folloring street Saint Paul till the Museum Esplanade.


At 10.00 p.m. Aerial colourful flares and crackers are let off. There will also be a consecutive display of aerial colourful fireworks. 
At 11.30 p.m. A display of land fireworks will take place at The Domus Romana Museum Esplanade. 

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com