Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Informazzjoni dwar l-Erbgħat ta' San Ġużepp

L-Erbgħat ta’ San Ġuzepp

Interessanti ngħidu li dawn is-Seba’ Erbgħat ifakkru l-ġrajjiet ta’ ferħ u niket li għadd minnhom San Ġuzepp matul ħajtu. Infatti fil-qosor dawn kienu meta San Ġuzepp ħa lil Marija bħala martu; it-Twelid ta’ Ġesu’ Bambin, iċ-Ċirkunċizjoni ta’ Ġesu’; il-Prezentazzjoni ta’ Ġesu’ fit-Tempju; il-ħarba lejn l-Eġittu, lejn Nazzaret u meta Ġesu’ ta’ tnax-il sena ntilef u nstab fit-tempju.
Fil-ktieb magħruf tal-Ġizwita Taljan Patri Antonia Giuseppe Patrifani S.J. li kien kiteb dwar San Ġuzepp fl-1709 insibu miktub li zewġ patrijiet Franġiskani kienu qed jivvjaġġaw fuq il-baħar fil-kosta ta’ Flanders, meta f’daqqa tqum maltempata kbira, għarrqet il-bastiment bi tliet mitt ruħ li kien hemm fuqu.
Lil dawn iz-zewġ patrijiet ġiethom f’moħħhom li jaqbdu ma’ fallakka tal-injam tal-istess bastiment. Izda tant kien qawwi l-baħar li kemm-il darba raw il-mewġ ma’ wiċċhom.
F’dik il-qagħda tant perikoluza li kien fiha, kontinwament kienu jitolbu bil-ħerqa l-għajnuna ta’ San Ġuzepp. F’daqqa waħda, waqt li kien qed jitħabtu mal-mewġ, jilmħu ħdejhom zgħazugħ sabiħ immens bil-ħlewwa kollha sellimilhom u mat-tislima tagħhom nissel fihom ferħ u kuraġġ. Dan beda jmexxi l-fallakka tal-injam li kienu qedgħin imqabbdin magħha u wassalhom qawwijin u sħaħ fuq ix-xatt. Izz-ewġ patrijiet, ferħana se jtiru, inxteħtu għarkupptejhom jirringrazzjaw lil Alla u liz-zgħazugħ u talbuh jgħidilhom min hu.
“Jien hu San Ġuzepp,” weġibhom, fejn imbagħad qalilhom bis-seba’ duluri u s-seba’ ferħat li ġarrab fid-dinja u liema ġost jagħtih u kemm jiġi megħjun minn kulmin jiftakar fihom.
F’daqqa waħda ma rawhx izjed u ħalla ferħ kbir immens fihom. Wara din il-ġrajja dawn iz-zewġ patrijiet bdew ixerrdu d-devozzjoni lejn is-seba’ duluri u s-seba’ ferħat ta’ San Ġuzepp, li l-knsija approvat u tat diversi indulġenzi.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com