Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

It-Tieni Jum tat-Tridu

It-Tieni Jum tat-Tridu

Il-Hadd 16 ta’  Marzu 2014

Fid-9.30 a.m. Korteo mit-tfal minn ħdejn il-kunvent tal-Patrijiet Agostinjani għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.  It-tfal huma mitluba li jgibu magħhom fjuri biex joffruhom lil San Ġużepp u offerta tal-flus biex jagħtuhom lit-tfal inqas ixxurtjati.  Waqt il-Korteo jindaqqu innijiet lil San Ġużepp mill-Banda L’Isle Adam u jsir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fl-10.15 a.m. Quddiesa bl-omelija għat-tfal, immexxija mir-Rev. Patri Alfred Vassallo O.C.D., bis-sehem tal-Kor Santa Klara.  Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp fis-Santwarju tiegħu.  Wara l-Quddiesa ssir attivita’ soċjali għat-tfal fis-sala tal-Każin tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, f’Palazzo Xara, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-istess Għaqda Mużikali.

Fil-5.30 p.m. Għasar Kantat.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata.  Prietka tat-Tridu Kurunella ta’ San Ġużepp, kant tal-Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.15 p.m. Marċ mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika “Sliema” li jibda minn ħdejn il-knisja Ta’ Duna u jgħaddi minn dawn it-toroq: San Pawl, il-Kbira, ir-Repubblika, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp u San Pawl sa quddiem il-Każin tal-Għaqda Muzikali L’Isle Adam.

Fit-8.00 a.m., u fl-12.00 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-knisja jsir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti.

Second day of prepartion ‘Triduum’

Sunday 16th March 2014

At 5.30 p.m. Chanting of the Vespers.

At 6.00 p.m. A Holy Mass with a special sermon dedicated to St. Joseph celebrated by Rev. Rev. Kan. Dr Joseph Sultana Archpriest of the Collegiate and Basilica at Għarb, Gozo. Liturgical Hymn dedicated to St. Joseph, chanting of the Hymn of St. Joseph, Antiphone and Eucharistic Celebration

At 8.30 p.m. A band march by our local Musical Society Sliema

At 8.00 a.m. and at 12.00 p.m. Aerial fireworks are let off. There will also be a consecutive display of aerial fireworks at the end of the Liturgical Celebrations that take place in the church of St. Mary of Jesus, including flares and crackers. 

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com