Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Il-Labtu ta’ San Ġużepp

Informazzjoni miġbura minn Adrian Żahra

Il-Labtu ta’ San Ġużepp jaf il-bidu tiegħu bħala devozzjoni privata minn Franġiskani Terzjarja ġewwa Lons-le-Saulnier fid-Djoċesi ta’ ‘Saint Claude’ fi Franza, kien mifrux fost id-devoti ta’ San Ġużepp mill-Patrijiet Franġiskani Kappuċini. Kien approvat mill-Kongregazzjoni ta’ Verona fl-1880. Il-Papa Ljun XIII ta l-barka lil Kapuċċini biex jinvestu fil-Labtu ta’ San Ġużepp.

Il-Kuluri tal-Labtu kellhom ikunu kif ġej abjad, deheb (isfar) u vjola. Is-suf ta’ taħt tkun lewn vjola fil-waqt li fuqha ikun hemm suf dehbi (safrani) marbuta ma’ kullana bajda. Fuq id-drapp dehbi jkun hemm l-immaġini ta’ San Ġużepp li jrid ikollu l-ibnu Ġesu’ fid-driegħ tal-lemin tiegħu filwaqt li fix-xellugija iżomm il-bastun bil-Ġilju. Taħt ix-xbieha ta’ San Ġużepp ikun hemm miktub hekk “Sancto Joseph, Protector Ecclesie, ora pro nobis”, San Ġużepp, Patrun tal-Knisja, itlob għaina. Fuq in-naħa l-oħra ta’ dan il-labtu huwa rappreżentat mill-Kuruna Papali (It-Tiara), bix-xbieha tal-ħamima fuqha bħala simbolu tal-Ispirtu s-Santu u taħt l-imfietaħ ta’ San Pietru bl-iskrizzjoni “Spiritus Dommini Duvtor Ejus”, L-Ispirtu tal-Mulej huwa Gwida Tiegħu. Il-Kuluri tal-Labtu għandu jfakkarna fil-virtujiet ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret li huma l-umilta’, paternita’ u purita’; jħeġġuna aktar għat-talb lejn San Ġużepp, biex nitolbuh partikolarment għall-Knsija u l-mewta tajba.
Il-Labtu ġie approvat mill-Kongragazzjoni tar-Riti ukoll fit-18 t’April 1893.Diversi indulgenzi ngħataw lil fidili kollha li jilbsuh, mgħotija mill-Kongragazzjoni tal-Inulgenzi, fit-8 ta’ Ġunju 1893 (“Acta S.Sedis”. XXXIV, 317).

Il-Labtu għandu jintlibes fil-ħinijiet kollha biex jitgawdew l-indulġenżi u l-privileġġi tal-labtu. Għandu jitneħħa biss f’okkażjonijiet partikalori bħal-għawm, irqadt ..etċ.. Indulġenza plenarja marbuta mal-Labtu ta’ San Ġużepp għal dawn li jirċievu Tqarbina u jitolbu għall-intenzjonijiet tal-Papa, fil-jiem tal-festi li ġejjien : Il-Jum ta’ l-Investiment tal-Labtu 25 ta’ Diċembru, Festa ta’ Marija Omm Alla 1 ta’ Jannar, Epifanija 6 ta’ Jannar, Gandlora 2 ta’ Frar, Solennita’ ta’ San Ġużepp 19 ta’ Maru, Tħabbira tal-Anġlu 25 ta’ Marzu, l-Għid il-Kbir, It-Tielet Ħadd ta’ wara l-Għid, Festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej, Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema bir-ruħ u l-ġisem ta’ Marija 15 t’Awwissu, Festa tat-twelid tal-Madonna 8 ta’ Settembru, Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 8 ta’ Diċembru u fil-ħin tal-mewt. Huwa rakkomandat ukoll li jingħaddu 5 Missirijietna, 5 Sliema u Qaddisa u 5 Glorja qabel is-Sagrament Imqaddes f’dawn il-ġranet.

PROTEZZJONI U BARKA BIL-LABTU TA’ SAN ĠUŻEPP
IR-RAĠEL ĠUST TA’ MARIJA U PATRUN TAL-KNSIJA UNIVERSALI
APPROVAT MILL-KONGREGAZZJONI TAR-RITI SAGRA FIT-18 T’APRIL, 1893

Wieħed li ser jirċievi l-Labtu jkun għarkubtejh
Il-qassis libes il-Labtu kif ukoll stola bajda:

Saċ: Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Pop: Ammen
Saċ: L-Għajnuna tagħna f’isem il-Mulej
Pop: Li għamel is-Sema u l-Art
Saċ: Il-Mulej ikun miegħek
Pop: Miegħek ukoll
Saċ: Nitolbu
Mulej Ġesu’ Kristu, li ħtart li San Ġużepp bħala l-Missier Puttativ tiegħek u r-raġel Ġust ta’ Marija, l-Omm Imakulata tiegħek, bierek dan l-ilbies, maħsub bħala salvagwardja għall-fidili tal-Knisja tiegeħek. Għati lil dan il-qaddej tiegeħk li inti li servik taħt il-protezzjoni ta’ San Ġużepp. Aħna nitolbu dan lilek li jgħixu ħajja qaddisa għal dejjem ta’ dejjem.
Pop: Ammen
Il-Qassis ibierek il-Labtu bl-ilma qaddis filwaqt li llibbsu
Saċ: Għażiż ħu dan il-labtu ta’ San Ġużepp, ir-Raġel Ġust ta’ Marija, Hu għandu jkun l-gwida u protettur, għandek tkun id-defendut mill-ħażen tax-xitan u finalment tikseb mewta tajba u ħajja eterna permess ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
Pop: Ammen
Fl-aħħarnett il-qassis jinżel għarkubtejh u jgħid għal tlett darbiet l-invokazzjoni:
Saċ u Pop: San Ġużepp Protettur tagħna, Itlob Għalina.
Saċ: Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Pop: Ammen

MIN JIXTIEQ JAKWISTA' DAN IL-LABTU TA' SAN ĠUŻEPP JAVVIĊINA LIL ADRIAN ŻAHRA.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com