Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Seba’ Erbgħat f’ġieħ San Ġużepp

Seba Erbgħat f’ġieħ San Ġużepp


Bit-tħejjija spiritwali għall-Festa tiegħuli se tiġi ċelebrata bejn is-Sibt 11 u l-Ħadd 19 ta’ Marzu 2017
Organizzati mill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp
fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San ĠużeppInkurunat, Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu 
tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Rabat tal-Imdina.
Matul dawn l-Erbgħat fil-5.30 p.m. jingħad ir-
Rużarju, Kurunella u Talba ta’ San Ġużepp. Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata bil-prietka mir-Rev.
Rużarju, Kurunella u Talba ta’ San Ġużepp. Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata bil-prietka mir-Rev. Dun Brendan Mark Gatt u wara kant tal-Antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Ewwel Erbgħa 18 ta’ Jannar: Ħsieb: San Ġużepp Ir-Raġel Ġust
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev Provinċjali Patri Ray Francalanza OSA.
Wara li tintemm iċ-ċelebrazzjoni jkun hemm il-ftuħ, tal-wirja ‘FROTT L-GĦAQDA U L-ĦDIMA’ fil-kunvent dwar d-diversi xogħlijiet li saru matul din is-sena, minn għadd ta’ volontiera fi ħdan l-Arċikonfraternita, bi preparazzjoni għall-festa ta’ San Ġużepp u Ġimgħa l-Kbira.


It-Tieni Erbgħa 25 ta’ Jannar – Ħsieb: San Ġużepp l-Għalliem
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Martin Borg O.C.D. Vigarju Provinċjal
 
 
It-Tielet Erbgħa 1 ta’ Frar – Ħsieb: San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Marija
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Ġorġ Zammit O.F.M. Conv.


Ir-Raba’ Erbgħa 8 ta’ Frar – Ħsieb: San Ġużepp, il-Ħaddiem
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Frans Micallef O.P.


Il-Ħames Erbgħa 15 ta’ Frar – Ħsieb: San Ġużepp, il-Missier
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Alexander Vella O.Carm.


Is-Sitt Erbgħa 22 ta’ Frar – Ħsieb: San Ġużepp, Iben David
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Joe Barbara MSSP


Is-Seba’ Erbgħa 8 ta’ Marzu – Ħsieb: San Ġużepp, Patrun tal-Knsija
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Mons. Dun Anton Cassar, Arċipriet tal-Katidral tal-Imdina. Fejn fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli ġodda fi ħdan l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com