Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Jum il-Komunita’ Parrokkjali tal-Furjana

9.30am - Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bis-sehem tat-tfal minn  diversi parroċċi madwar San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù mir-Rev. Kan. Dun Anton Galea Scannura, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara. Wara din iċ-ċelebrazzjoni l-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat akkumpanjata mit-tfal tiġi meħuda sa ħdejn il-Monument ta’ San Ġużepp, fejn minn hemm tiġi meħudha privatament lejn il-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana.

6.00pm - Purċissjoni fil-Floriana bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat mill-Knisja ta’ Sarria għall-Knisja Arċipretali ta’ San Publju. 

6.30pm - Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni Konċelebrata fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju mill-Wisq Rev. Dun Richard Borg, Arċipriet tal-Floriana.  Wara fuq iz-zuntier tal-Knisja ssir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni u t-tberik tal-irħama kommemorattiva,  mir-Rev.mu Patri José Rodriguez Carballo O.F.M., Ministru Ġeneral tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri.

Waqt din iċ-ċerimonja tieħu sehem il-Banda Vilhena b’daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp.  Filwaqt li wara l-istess Banda tagħti tislima lill-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat fil-ħruġ tagħha mill-Knisja Arċipretali ta’ San Publju.

8.00pm - Tluq mill-Floriana tal-istatwa ta’ San Ġużepp segwit b’carcade.  Waqqfa quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Hamrun u quddiem il-Knisja Parrokkjali  ta’ Santa Venera fi triqtu lejn l-Imdina.

Fejn il-Bieb tal-Imdina l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi akkumpanjata b’korteo lejn il-Katidral b’daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam.  Fejn wara tkompli s-servizz mużikali tagħha b’daqq  ta’ marċi sal-Każin tagħha. 

Mal-wasla tal-istatwa fir-Rabat u fl-Imdina jinħaraq salut b’muratli u  murtaletti.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com