Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Translazzjoni tar-Relikwa ta' San Ġiljan

Sehem l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fit-Translazzjoni tar-Relikwa ta’ San Ġiljan

 

L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp bħala l-eqdem Fratellanza f’Malta, ġiet mistiedna mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan, biex fl-okkazjoni speċjali ta’ għeluq il-125 Sena mit-twaqqif tagħħa, tieħu sehem fit-translazzjoni pontifikali bir-relikwa ta’ San Ġiljan li se ssir Lejlet il-Festa Parrokkjali, nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2016 fis-5.45 p.m., mill-Knisja Parrokkjali l-Antika sal-Knisja Parrokkjali tal-istess lokalità ta’ San Ġiljan.  Din it-translazzjoni se tiġi mexxija mill-Isqof Mario Grech, u se jieħdu sehem ukll fiha  l-Prepostu u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara bl-insiji tal-Bażilka u Kolleġġjata, il-Fratellanzi tal-parroċċa ta’ San Ġiljan u l-Kleru.

Għalhekk qed nagħmlu sejħa lill-Fratelli biex jieħdu sehem f’din it-translazzjoni f’din l-okkażjoni speċjali.  Kull min irid jieħu sehem huwa mportanti li  jikkuntattja lir-Rettur fuq dan in-numru 99840202 sa nhar l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu.  Dak in-nhar tal-jum li fih se ssir it-translazzjoni, is-Sibt 27 ta’ Awwisu se jkun hemm trasport għal dawk il-Fratelli li se jieħdu sehem mir-Rabat lejn San Ġiljan u lura. Tluq minn ħdejn id-Domus Rumana r-Rabat, fl-4.30 p.m.

 

Stephen Pace

Segretarju

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com