Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Konsulta Ġenerali u Ħatra tal-Uffiċjali 2016-2019

KONSULTA ĠENERALI

Nixtieq ninfurmak li nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2016, ser issir Konsulta Ġenerali għall-Fratelli u l-Konsorelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Din ser issir fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat fir-Rabat, fis-7.00 p.m.

AĠENDA

1. Qari tal-Minuti tal-aħħar Konsulta Ġenerali.
2. Qari tar-Rapport Amministrattiv.
3. Rendikont tal-Festa Interna ta' San Ġużepp 2016.
4. Rendikont tal-Festa Esterna ta' San Ġużepp 2016.
5. Rendikont tal-Ġimgħa l-Kbira 2016.
6. Ftuħ tal-Nominnazzjonjiet għall-Ħatra tal-Uffiċjalità 2016 – 2019.

NOMINAZZJONI GĦALL-ĦATRA TAL-UFFIĊJALI TAL-ARĊIKONFRATERNITÀ TA’ SAN ĠUŻEPP 2016-2019

Minn nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju sa’ nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016 se jintlaqgħu n-nominazzjonjiet biex jiġu maħtura disa’ (9) uffiċjali għat-tmexxija tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, għat-tlett snin li ġejjin.


Il-formoli tan-nominazzjonijiet għandhom jinġabru mill-Fratelli matul din il-ġimgħa mingħand r-Rev. Patri Gwardjan fil-ħinijiet tal-Quddies. In-nomini se jiġu miftuħa nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju waqt Konsulta Ġenerali li se ssir fis-Santwarju ta’ San Ġużepp. Din il-Konsulta Ġenerali se tibda permezz ta’ Quddiesa fis-6.30 p.m., mid-Direttur Spiritwali Rev. Patri Martin Coleiro O.F.M., fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.


Nominazzjonijiet iridu jsiru għal dawn l-uffiċjali: Rettur, Segretarju, Teżorier, Assistent Rettur, Assistent Segretarju, Assistent Teżorier, Moderatur Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira, Moderatur Kummissjoni Festi ta’ Barra u Sagristan.


It-Tlieta 12 ta’ Lulju, fis-7.00 p.m. issir l-elezzjoni fl-istess Santwarju għal dawk il-karigi li għalihom ikun hemm aktar minn nominazzjoni waħda.

Jistgħu jivvutaw għal din l-elezzjoni l-Fratelli u l-Konsorelli li jkunu ħallsu t-tessera ta’ sħubija fl-Arċikonfraternità matul dawn l-aħħar sentejn. Min ma ħallasx it-tesserament tas-snin 2014 u 2015 mhux eleġibbli biex jivvota.


Stephen Pace

Segretarju

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com