Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Nhar il-Festa
Nhar il-Festa

Il-Ħadd 17 ta’April

Jum il-Festa

6.00 a.m. Quddiesa bl-omelija.

7.00 a.m. Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M., flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, fejn fiha jingħad it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.

8.00 a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Wisq Rev. Patri Riċhard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjali fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat.

9.00 a.m. Jasal proċessjonalment fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù mill-Knisja Katidrali ta’ Malta fl-Imdina, il-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, fejn lilu tigi mogħtija merħba b’daqq ta’ Marċi mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam ħdejn il-Każin tagħha. Kif ukoll isir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti matul il-korteo proċessjonali.

9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali Solenni bil-paneġierku mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta flimkien mal-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan. Fil-bidu tal-Quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Imtarfa.

Wara f’Palazzo Xara, isir riċeviment għal persuni distinti u benefatturi tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam fis-swali tal-Każin tal-istess Għaqda Mużikali.

Waqt is-Sanċtus tal-Quddiesa u f’nofsinhar isir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

9.00 a.m. u fl-10.00 a.m. Quddiesa Letta fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat.

1.00 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam,

5.15 p.m. Quddiesa bl-omelija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Frans Micallef O.P.

6.00 p.m. Għasar Solenni, immexxi mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M.

Marċ mill-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt u wara tesegwixxi programm muŻikali fuq il-planċier ħdejn il-knisja.

6.30 p.m. Marċ miIl-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ u wara tkompli takkumpanja l-istatwa ta’ San Ġużepp bid-daqq tal-Innu Popolari u tkompli takkumpanja wara l-istess statwa b’daqq

ta’ Innijiet Ġużeppini matul id-dawra tal-purċissjoni.

7.00 p.m. Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, immexxija mill-E.T. Mons. Silvestru C. Magro O.F.M.

Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jsir ħruq ta’ Salut u KaxxaInfernali. Filwaqt li matul il-purċissjoni jsir ħruq ta’ diversi Murtaletti u Murtali tal-kulur. X’ħin l-istatwa tasal taħt l-Ark Trijonfali tigi maħruqa Kaxxa Infernali tal-Kulur. Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja, isir ħruq tal-Logħob tan-Nar minn fuq il-bejt tal-Każin tal-Banda L’Isle Adam.

10.00 p.m. Dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Knisja. Fejn jitkantaw l-Innu Popolari u l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

  ara ritratti
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com