Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Lejlet il-Festa
Lejlet il-Festa

Is-Sibt 16 ta’April

Lejlet il-Festa

7.30 a.m. Quddiesa Konċelebrata bil-kant tat-Te Deum immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M.

Ħruq ta’ Kaxxa, Murtali u Murtaletti.

11.45 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

5.00 p.m. Quddiesa bl-omelija.

6.00 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Ġużepp u Għasar Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Riċhard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjali. Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silvestru Ċ. Magro O.F.M.

Waqt it-Translazzjoni jsir ħruq ta’ Salut, Kaxxa Infernali u Murtaletti.

7.45 p.m. Quddiesa bl-omelija.

8.15 p.m. Marċ mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam fejn

jispiċċa fil-Wesgħa tal-MuŻew fil-11.00 p.m.

8.30 p.m. Programm MuŻikali mill-Banda Beland taż-Żejtun fuq il-planċir quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u wara tagħmel Marċ minn quddiem l-istess planċir tul Triq San Pawl sa’ tarf Triq il-Kbira fejn terġa’ tinżel tul it-triq tal-Knisja quddiem il-Banda L’Isle Adam fejn ittemm il-marċ tagħha fil-11.30 p.m., fil-Wesgħa tal-Mużew, quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp.

9.15 p.m. Ħruq tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru, fejn isir ħruq ta’ Sfejjer, Blalen, Beraq Pront u Murtali tal-Kulur.

11.30 p.m. Ħruq ta’ Kaxxa Infernali tal-Kulur u wara jsir il-Logħob tan- Nar tal-Art fil-Wesgħa tal-Mużew ħdejn id-Domus Rumana.

  ara ritratti
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com