Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Jum il-Komunità Ġużeppina
Jum il-Komunità Ġużeppina

Il-Ħadd 10 ta’ April

Jum il-Komunità Ġużeppina

9.00 a.m. Inawgurazzjoni ta’ pavaljun kbir f’tarf Triq Santu Wistin (in-naħa ta’ Pjazza Saqqajja). Wara jsir marċ mill-Banda L’Isle Adam tul Triq Santu Wistin għal Triq Zondadari, fejn l-istess Banda takkumpanja l-Korteo tat-tfal bl-istatwa żgħira ta’ San Ġużepp mill-Kappella ta’ San Bartilmew għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, b’daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp.

It-tfal huma mitluba li jġibu magħhom fjuri biex joffruhom lil San Ġużepp u offerta tal-flus biex jagħtuhom lit-tfal inqas ixxurtjati.

9.45 a.m. Quddiesa bl-omelija għat-tfal, immexxija mir-Rev. Patri Josef Paċe O.F.M. Conv., bis-sehem tal-Kor tat-tfal “Ġilji Bojod” u “Santa Klara”. Wara ssir il-prezentazzjoni tat-trabi lil San

Ġuzepp fis-Santwarju tiegħu. Wara l-Quddiesa ssir attività soċjali għat-tfal fis-sala tal-Kazin tal-Għaqda Muzikali L’Isle Adam, f’Palazzo Xara, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-istess Għaqda Mużikali.

6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Patri Albert Miċallef O.F.M., bis-sehem tal-Fergħat kollha fi ħdan il-Komunità Ġużeppina tar-Rabat u dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Festa

ta’ San Ġużepp. Jieħu sehem il-Coro Bel Canto taħt iddirezzjoni ta’ Mro Herman Farrugia Frantz.

  ara ritratti
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com