Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa
Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesu’-Rabat

Il-Patrijiet Franġiskani u l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, jistiednu lil kulħadd għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Misteru tal-Għid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fis-sena tal-Ġubler tal-Ħniena 2016


Mit-Tnejn 14 sal-Ħamis 17 ta’ Marzu Jiem ta’ Eżerċizzi

5:30pm Via Sagra

6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

6:30pm Prietka tal-Eżercizzi minn Patri Thomas Calleja OFM.Conv

Il-Ħamis 17 ta’ Marzu Jum ta’ Penitenzjali

5:30pm-8:00pm Ikun amministrat is-Sagrament tal-Qrar

Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu Jum it-Tifkira ta’ Sidna Marija Omm Ġesu’ fit-Tbatija

Ħinijiet tal-Quddies 6:30am, 7:30am, 9:00am u 11:00am

5:00pm Via Sagra

5:30pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa minn Patri Thomas Calleja OFM.Cov

6:15pm Purċissjoni mis-Statwa tad-Duluri merfugħa mill-Kumitat u Bandisti tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam  mat-toroq tar-Rabat immexxija mill-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp u l-Patrijiet Franġiskani. Il-Fratelli huma mħeġġa jieħdu sehem għalhekk fis-5:45pm kulħadd għandu jkun fis-Santwarju. Wara d-dħul tal-Purċissjoni Quddiesa.

Is-Sibt 19 ta’ Marzu Jum s-Solennita’ ta’ San Ġużepp l-Għarus tal-Verġni Marija

9:45am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni mill-Gwardjan Patri Maritn Coleiro OFM. Mistiedna l-għaqdiet fi ħdan l-Arċikonfraternita’, is-Soċji tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, l-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu u l-Komunita’ Ġużeppina.

 

BIDU TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-Ħadd 20 ta’ Marzu Jum it-Tifkira Solenni tad-Daħla f’Ġerusalemm ta’ Sidna Ġesu’ Kristu 

9:30am Tberik tal-friegħi taż-żebbuġ quddiem  il-Kappella ta’ Duna. Issir il-Purċissjoni f’ġieħ Kristu Sultan, bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam.

9:45am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni.

Qed nistiednu t-tfal kollha biex fid-9.00am jiġu l-Kunvent biex jieħdu sehem fil-purċissjoni. F’din il-ġurnata  ssir il-ġabra speċjali b’risq il-Missjoni tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa.

7:00pm Lejla Mużika-Katiketika taħt il-Patroċinju ta’ Mons. SilvestroMagro OFM,Organizzata mill-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam u l-Kor Parrokkjali ta’ Wied l-Għajn ‘‘Sant’Anna’’.  Issir Katekeżi “Imħabba Mwettqa fis-Salib” minn Patri Alexander Vella O.Carm. Ministru Provinċjal.

 

It-Tnejn 21 ta’ Marzu Jum Ġesu’ Mgħobbi bis-Salib

5:30pm Talba tar-Rużarju

6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

6:45pm Pellegrinaġġ b’Ġesu’ Redentur immexxi mill-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp u l-Patrijiet Franġiskani. Fih tingħad il-Via Sagra skont San Franġisk. Il-Fratelli huma mħeġġa jieħdu sehem għalhekk fis-6:15pm kulħadd għandu jkun fis-Santwarju.

Wara tingħata Qima u Barka bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes

 

It-Tlieta 22 ta’ Marzu Jum ta’ Tħejjija

 

5:30pm Via Sagra

6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

6:30pm Kunċert ta’ Mużika Sagra bis-sehem tal-‘Marivyan Voice Quartet’. Issir ġabra b’risq ir-restawr tal-Knisja.

 

L-Erbgħa 23 ta’ Marzu Jum Penitenzjali

 

5:30pm Ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla u jkun amministrat is-Sagrament tal-Qrar

6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Wara l-Quddiesa jkompli l-Qrar

 

Il-Ħamis 24 ta’ Marzu Niċċelebraw Jum it-Tifkira Solenni tal-Aħħar Ikla ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

 

7:00am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni. Fiha ssir  ir-Rit tal-Ħasil tar-Riġlejn. Wara ċ-Ċelebrazzjoni Purċissjoni bl-Ewkaristija għal-Altar tal-Addorazzjoni fis-Santwarju ta’ San Ġużepp Inkurunat.

8:00pm Isiru s-Seba’ Viżti lill-Ewkaristija mill-Għaqda Mużikali L’Isle Adam.

10:00pm Adorazzjoni Komunitarja

 

Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu Niċċelebraw it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

 

7:30am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

12:00pm Tingħalaq il-Knisja

2:30pm Via Sagra

3:00pm Ċelebrazzjoni Solenni tal-Passjoni: Qari tal-Kelma t’Alla, Adorazzjoni tas-Salib u tqassim tal-Ewkaristija

5:30pm Purċissjoni tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu organizzata mill-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp , bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam.

 

Is-Sibt 26 ta’ Marzu Sibt il-Glorja 

8:00pm Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għid: Tberik u mixgħela tad-Dawl Ġdid, u ssir it-Tħabbira Solenni tal-Għid . Isegwi l-Qari tal-Kelma t’Alla, li jwassal għall-merħba ta’ Kristu Rxoxt fil-Knisja u ssir iċ-Ċelebrazzjoni Solenni tal-Quddiesa li fiha jsir is-Sagrament tal-Mgħamudija. Fi tmiem il-Quddiesa jitqassmu l-Figolli

 

Il-Ħadd 27 ta’ Marzu Jum l-Għid il-Kbir

 

Quddies 6:00am, 7:15am, 8:30am

9:45am Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għid il-Kbir ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

 

L-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tirringrazzja lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom f’dawn                

iċ-ċelebrazzjonijiet kif ukoll tawgura l-Għid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu t-Tajjeb lil Kulħadd


  ara ritratti
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com