Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Servizz tal-Fratelli

SERVIZZ TAL-FRATELLI FL-OKKAŻJONI TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp se tieħu sehem f’dawn is-servizzi reliġjużi matul il-jiem tar-Randan:

Il-Gimgħa 11 ta’ Marzu – Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur f’Ħad-Dingli
Int mitlub li dak in-nhar tkun ħdejn id-Domus Rumana fil-5.00 p.m. biex fil-5.15 p.m. nitilqu bit-trasport lejn Ħad-Dingli, biex fis-6.30 p.m. nakkumpanjaw fil-Pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur. Importanti ħafna li bħala Fratelli nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li se jsir bl-istatwa tagħna ta’ Ġesù Redentur fl-okkażjoni speċjali tal-Ġublew tal-Ħniena. Jekk se tiġi bit-trasport tagħna għandek tifforma mill-aktar fiss possibbli lis-Sur Joe Pearson sa nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016.

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu – Tifkira ta’ Marija Addolorata
Int mitlub li tkun fis-Santwarju ta’ San Ġużepp, fis-5.45 p.m., biex fis-6.15 p.m., noħorġu nakkumpanjaw fil-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Addolorata.
It-Tnejn, 21 ta’ Marzu – Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesu’ Redentur fir-Rabat
Int mitlub li tkun fis-sagristija tas-Santwarju ta’ San Ġużepp fis-6.00 p.m., biex fis-6.30 p.m., noħorġu nakkumpanjaw fil-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesu’ Redentur.

L-Erbgħa, 30 ta’ Marzu – Festa ta’ San Girgor
Dak in-nhar għandek tkun fis-sagristija tas-Santwarju ta’ San Ġużepp, fit-7.45 a.m., biex fit-8.00 a.m. immorru flimkien bil-van lejn iż-Żejtun, biex nieħdu sehem fil-purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Jekk se tiġi bit-trasport tagħna għandek tifforma mill-aktar fiss possibbli lis-Sur Joe Pearson sa nhar sal-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016.

Grazzi

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com