Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

19 ta' Marzu 2016

Niċċelebraw id-19 ta' Marzu Jum is-Solennita' ta' San Ġużepp

Fit-8:00 a.m. Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Mit-8:00a.m. sas-1:00 p.m. il-Mobile Blood Donation Unit tkun Ħdejn id-Domus Romana. Għal aktar dettalji wieħed jara l-programm ta' din l-attivita.

.

Fl-9.45 a.m. quddiesa konċelebrata solenni fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’

immexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M., Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp. Jieħdu sehem elementi mużikali mill-Banda L’Isle Adam flimkien mal-Kor San Franġisk t’Assisi, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Galea.

 

Fit-tmiem il-quddiesa, Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

 

Marċ mill-Banda Dekana u 5ittadina L’Isle Adam fejn se jiżannżnu sett ta’ marċi ġodda. Il-Marċ jibda minn quddiem il-Knisja u jkompli għat-toroq : San Ġużepp, L’Isle Adam,Santu Wistin, Zondadari, San Bartilmew, Doni, San Pawl, Indri Borg,

Doni l-Qadima, il-Mitħna, Bir l-Iljun, Patrijiet, San Pawl sa quddiem Palazzo Xara, l-Każin tal-Banda L’Isle Adam fi Triq San Ġużepp.

Fis-1.00 p.m. Ikla Ġużeppina fis-Sala ta’ Palazzo. Xara Għal aktar dettalji wieħed jara il-programm ta' din l-attivita.

 

Din iċ-ċelebrazzjoni hija organizzata mill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp

flimkien mal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam u l-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu.

 

Iċ-ċelebrazzjonjiet interni u esterni tal-Festa ta’ San Ġużepp se jsiru bejn id-9 u s-17 ta’ April 2016.Dettalji tal-programm tal-Festa se jiġi pubblikat fil-jiem li ġejjin.



Ikla ġużeppina


 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com