Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ġbir b'Risq il-Festa
L-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp tavża li minn għada t-Tnejn 25 ta' Jannar 2016 jingħata bidu għall-ġbir b'risq il-Festa ta' San Ġużepp 2016 mid-djar Rabtin, Filwaqt li nistednukom tkunu ġenerużi biex bħas-snin l-imgħoddija niċċelebraw festa kbira u dinjituża kif jixraq lil Glorjuż Patrijarka San Ġużepp nirringrazzjawkom tal-ġenerożita' tagħkom. F'dan l-artiklu li ġej wieħed jista' jara x'sar matul is-sena u fejn tmur id-donazzjoni tagħkom.
 
Kont taf li....
 
Il-Festa ta' San Ġużepp fir-Rabat tal-Imdina hi organizzata mill-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp. 

 

Min hi l-Arċikonfraternita' ta San Ġużepp?

 

Din il-fratellanza ilha mwaqqfa mill-1508 bil-għan li tkattar il-qima lejn San Ġużepp fost il-poplu. Tul is-snin, l-Arċikonfraternita' rat kif tkabbar u ssebbaħ il-festa tal-qaddis protettur tagħha. Fost dawn insibu armar antik kemm fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu' u anke fit-toroq tal-madwar, tħallas baned biex jgħatu s-servizz tagħhom waqt il-festa u tikkontribwixxi ukoll biex isir il-ħruq tal-murtali u nar tal-art. Dan kollu, kull sena jiġbed il-folol tan-nies  lejn il-parti l-antika tar-Rabat, li lkoll jiġu biex jiċċelebraw il-Festa ta' San Ġużepp.

 

Fejn tmur id-donazzjoni tiegħek? 

 

Il-ħidma biex tiġi organizzata il-Festa ta' San Ġużepp tibqa għaddejja tul is-sena kollha. L-armar antik u prestiġjuż li jiġi armat fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu' u fit-toroq Rabtin li ilu li nħadem għexieren ta' snin, jirrikjedi restawr u konservazzjoni. L-ispejjez mhumiex ftit u għalhekk il-kontribuzzjoni tiegħek tista’ tgħin biex din il-festa tkompli tiġi kkultivata. 

 

X'xogħol sar mill-Arċikonfraternita' mid-19 ta' Marzu l'hawn? 

 

Festa Interna:

  • Restawr komplet tal-kappella ta' San Ġużepp li hija propjetá tal-Arcikonfraternitá u għalhekk responsabli mill-manutenzjoni tagħha.
  • Ġew restawrati tliet linef tal-korsija u l-brazzi tal-Artal Maggur. 
  • Inħiet damask ġdid għat-tmien kappelluni.
  • Tkompla ir-restawr tal-gandlieri u l-istatwi tal-profeti tal-artali tal-genb. 
  • Ġie restawrat ventartal antik li għandu aktar minn 200 sena.

 

Festa Esterna:

  • Tkompliet il-ħidma fuq l-armar ta' Triq San Pawl. inżebgħu mill-ġdid biex jiġu jaqblu mal-Ark Trijonfali 17-il-ġarra u z-zuklaturi tagħhom, inħadmu żewġ pilandri ġodda, inżebgħu 16-il-arma tat-trofej u ġew irranġati 8 trofej. beda ukoll ir-restawr tal-pedestalli ta' quddiem il-knisja. 
  • Ġew restawrati, miżbugħa u dekorati l-istatwi tas-Sultan David u tal-Profeta Isajija. 
  • Ġie restawrat l-ark Gotiku li għandu aktar minn 160 sena, li jintrama fi Triq Indri Borg.
  • Ser jiżżanzan pavaljun kbir artistiku bil-pittura fi Triq Santu Wistin, in-naħa tas-Saqqajja.
  • Pavaljun ġdid għal Triq il-Kbira
  • 4 Bandalori oħra tat-trfej ta' Triq San Ġużepp 
  • Manutenzjoni fuq l-armar tad-dawl.
  • Fil-maħżen tal-festa sar ukoll ħafna xogħol għall-knisja waqt li għaddej it-tibjid u r-restawr. 

Dan kollu minbarra ħafna xogħol ieħor zgħir iżda importanti ukoll. 

 

Filwaqt li nirringrazzjawk tal-kontribuzzjonijiet li tajt matul is-snin, napprezzaw ferm id-donazzjoni tiegħek b'risq l-għan taghna, li nkomplu nkabbru u nsebbhu il-Festa ta' San Ġużepp. 

Persuni inkariġati mill-ġbir tad-djar huma:

Lorenza Scicluna, Pauline Micallef, Andrew Spiteri, Sara Gordmaina, Adrian Zahra, Marlon Schembri, Derek Camilleri, u Sharlo Vassallo.

Persuni awtorizzati biex jiġbru donazzjonijiet bl-arbural fi żmien il-Festa:-

Għall-festi ta' Ġewwa:-

Is-Sur Bernard Schembri, Is-Sur Andrew Farrugia u Is-Sur Sebastian Giordimaina

Għall-festi ta' Barra:-

Is-Sur Adrian Zahra, Is-Sur Joe Falzon u Is-Sur Sharlo Vassallo

Għan-Nar:-

Is-Sur Glen J. Micallef,Is-Sur Rennie Borg, Is-Sur Joe Gauci u Is-Sur Frankie Micallef
 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com