Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Avviżi

Avviżi

L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp qed taġġorna il-lista tal-Fratelli u l-Konsorelli membri tagħha. Għalhekk fl-istands ħdejn il-bibien tal-Knisja hemm formoli apposta biex min hu membru fi ħdan il-Fratellanza jimla din il-formola u jagħtiha lil wieħed mill-Uffiċjali.

Matul il-Ħdud ta’ Jannar huma mitluba biex iħallsu l-menswalita’ tagħhom bħala membri fi ħdan l-istess Fratellanza. Dan il-ħlas għandu jsir għand it-Teżorier is-Sur Joe Pearson.

Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tavża li minn nhar il-Ħadd 17 ta’ Jannar kif ukoll fil-Ħdud l-oħra ta’ matul Jannar u Frar se ssir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk il-persuni li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Għalhekk dawk li huma nterssati għandhom jiġu fil-Kunvent f’xi wieħed mill-Ħdud li ġejjin bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m. biex jagħmlu r-reġistrazzjoni tagħhom. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kummissjoni tal-Festa Esterna tavża li mit-Tnejn 18 ta' Jannar 2016 jinbeda il-ġbir mid-djar tar-Rabat b'risq il-Festa ta' San Ġużepp 2016 li ser issir bejn id-9 u s-17 t'April 2016, nappellaw biex tkunu ġeneruzi kif dejjem kontu u nirringrazzjawkom tal-ġenerożita' tagħkom.

Nhar id-19 ta' Marzu 2016 Jum is-Solennita' ta' San Ġużepp li din is-sena ser jaħbat fil-Ġimgħa Mqaddsa l-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp qed torganizza festa b'differezza għalhekk fit-8am fir-Rabat ser ikun hawn l-Blood Donation Unit. Nixtieq l-attendenza tagħkom bl-għoti tad-demm għalhekk wieħed jista jiġbor applikazzjoni mill-Knisja, Santwarju, Każin u bosta ħwienet oħra fir-Rabat liema applikazzjoni tkun impustata lura sal-15 ta' Frar, biex wara kulħadd ikun infurmat x'ħin għandu ikun perzenti.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com