Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Seba' Erbgħat ta' devozzjoni f'ġeiħ San Ġużepp

Seba’ Erbgħat f’ġieħ San Ġużepp

Bit-tħejjija spiritwali għall-Festa tiegħu
li se tiġi ċelebrata bejn
is-Sibt 9 u l-Ħadd 17 ta’ April 2016
Organizzati mill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp
fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat
Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu
tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Rabat tal-Imdina.


Matul l-Erbgħat:-


F
uq Radju Maria 102.3fm

12:30pm ikun imxandar Rużarju, Ħsieb, Kurunella u Talba
f'gieħ San Ġużepp.

Santwarju Nazzjonali San Ġużepp Inkurunat

17:30pm jingħad Rużarju, Kurunella u Talba lil San Ġużepp

18:00pm Quddiesa Konċelebrata bil-prietka mir-Rev. Patril Pawl Gatt O.P. u wara kant tal-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.


L-Ewwel Erbgħa 3 ta’ Frar: Ħsieb: IL-FAMILJA NISRANIJA.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mill-E. T. Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M.
Wara li tintemm iċ-ċelebrazzjoni jkun hemm il-ftuħ, tal-wirja ‘FROTT L-GĦAQDA U L-ĦDIMA’ fil-kunvent dwar d-diversi xogħlijiet li saru matul din is-sena, minn għadd ta’ volontiera fi ħdan l-Arċikonfraternita, bi preparazzjoni għall-festa u Ġimgħa l-Kbira.

It-Tieni Erbgħa 17 ta’ Frar – Ħsieb: IL-FAQAR FL-ISPIRTU
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Pawl Galea O.F.M.

It-Tielet Erbgħa 24 ta’ Frar – Ħsieb: IL-FERĦ NISRANI
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Anthony Chircop O.F.M.

Ir-Raba’ Erbgħa 2 ta’ Marzu – Ħsieb: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Joseph Ciappara O.F.M.

Il-Ħames Erbgħa 9 ta’ Marzu – Ħsieb: IMĦEJJIJA F’KULL ĦIN
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Dun George Schembri.

Is-Sitt Erbgħa 30 ta’ Marzu – Ħsieb: L-IMĦABBA
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Godfrey Micallef O.F.M.

Is-Seba’ Erbgħa 6 ta’ April – Ħsieb: IL-MEWT
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Kan. Dun Joe Cilia, Kappillan tal-Parroċċa tas-Salvatur ta’ Ħal-Lija. Fejn fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli ġodda fi ħdan l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com