Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

L-Ewwel Erbgħa tax-Xahar

L-Ewwel Erbgħa tax-Xahar

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru, hija l-Ewwel Erbgħa tax-xahar ta’ Novembru – ġurnata li niddedikawha lil San Ġużepp.  Għalhekk dak in-nhar fis-Santwarju Nazjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, fil-5.30 p.m. Adorazzjoni quddiem Ġesù espost fis-Sagrament tal-Ewkaristija.  Fejn jingħad ir-Rużarju, Talba lil San Ġużepp u tingħata l-Barka Sagramentali.  Fis-6.00 p.m. Quddiesa fejn fiha ssir Katekeżi mir-Rev. Kan. Dun Luke Seguna. 

Il-Fratelli u l-Konsorelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp huma b’mod partikulari mħeġġa li jattendu.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com