Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
  Facebook

Sehem il-Fratelli ġewwa Bormla

Festa ta' Santa Tereża t'Avila-Bormla

Sehem il-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fil-Purċissjoni fl-okkażjoni speċjali f’għeluq il-500 mitt Sena mit-Twelid ta’ Santa Tereża ta’ Avila

Fl-okkażjoni speċjali ta’għeluq il-500 mitt Sena mit-twelid ta’ Santa Tereża ta’ Avila, magħrufa għad devozzjoni kbira tagħħa lejn San Ġużepp. L-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, ġiet mistiedna mill-Patrijiet Tereżjani ta’ Bormla biex tieħu sehem fil-purċissjoni bl-istatwa tal-istess qaddisa li se toħroġ mill-knisja ddedikata lilha f’Bormla, nhar il-Ħadd18 ta’ Ottubru 2015, fis-6.00 p.m. 

Għalhekk dawk il-Fratelli li jixtiequ jieħdu sehem f’din il-purċissjoni li se ssir biss din is-sena għal din l-okkażjoni speċjali għandhom jikkuntattjaw lit-Teżorier tal-imsemmija Arċikonfraternita’, is-Sur Joe Pearson fuq dan in-numru: 99444669 sa nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru 2015, minħabba t-trasport.

Għal din l-okkażjoni dak in-nhar se norganizzaw private għall-Fratelli li se titlaq lejn Bormla minn ħdejn id-Domus Rumana – Rabat fil-4.45 p.m.

  ara ritratti
  ara vidjos
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com