Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Tifkira tal-Inkurnazzjoni

52 ANNIVERSARJU TAL-INKURUNAZZJONI TAL-ISTATWA TA’ 
SAN ĠUŻEPP

IL-ĠIMGĦA L-1 TA’ MEJJU 2015 – JUM IL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM
Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp
Knisja Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani
Rabat tal-Imdina

Fis-6.30 a.m. u fis-7.30 a.m. Quddiesa fis-Santwarju ta’ San Ġużepp.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa Konċelebrata Solenni bil-priedka mir-Rev. Patri Joseph Zahra O.P., fl-istess Santwarju ta’ San Ġużepp. Fejn fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli ġodda fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Fit-tmiem il-Quddiesa jsir il-kant tat-Te Deum b’tifkira tal-52 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ San Ġużepp u wara ssir ċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp kif ukoll il-preżentazzjoni tal-ġabra li ġiet miġbura mir-reffiegħa tal-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq il-Hospice Malta.
Jieħu sehem il-Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia-Frantz.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com