Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

L-Għid il-Kbir

Is-Sibt 3 t' April 2015

Sibt il-Glorja: 

Niċċelebraw il-Ħajja bir-Rebħa ta’ Sidna Ġesù Kristu “Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: Jiena rbaħt id-dinja’’ (Ġw.16:33)

8:00p.m. Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għid il-Kbir immexxija mir-Rev. Patri Stephen Magro OFM: Tberik tad-Dawl Qaddis, Qari tal-Kelma t’Alla u Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni, fiha tingħata l-Merħba lil Kristu Rxoxt u jsir ir-Rit tal-Magħmudija.

Il-Ħadd 5 t’April 2015:

Ħadd il-Għid: Niċċelebraw il-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu 

‘’L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? M’huwiex hawn, imma Qam” (Lq 24:5-6)

Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa: fis-6:00a.m., fis-7:15a.m. 8.30a.m. 9.45 a.m. Quddiesa Solenni mmexxija mir-Rev. Patri Martin Coleiro OFM

“O Alla l-aktar qaddis, l-aktar għoli, Kbir u ġust, inroddulek ħajr għax kif ħlaqtna permezz ta’ Ibnek hekk ukoll bl-imħabba qaddisa tiegħek ridt li Hu jitwieled Alla veru u bniedem veru, mill-glorjuża dejjem Verġni, l-Imqaddsa Marija, ridt ukoll li aħna niġu mifdija bis-salib u d-demm u l-mewt tiegħu mill-jasar li konna fih.’’ San Franġisk t’Assisi

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com