Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Tifkira ta' Marija Addolorata

Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2015: 

Tifkira ta’ Marija Addolorata 

“Min hi Ommi? Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri, dak hu ħija, oħti u ommi” (MK.3:35)

Filgħodu ċelebrazzjoni tal-Quddiesa: fis-6:30a.m., 7:30a.m., u 9:00a.m. tkun għat-tfal tal-iskola. 5:00p.m. Via Sagra 5:30p.m. Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa minn Rev. Patri Stephen Magro OFM. 6:15p.m. Purċissjoni tad-Duluri organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp bis-sehem talFraternità Franġiskna u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità. Ix-Xbieha tad-Duluri tkun merfugħa mill-Bandisti u l-Kumitat tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Il-Purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: San Ġużepp, Santu Wistin, Saqqajja, ilKbira u San Pawl. Wara l-Purċissjoni ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u l-għeluq tal-Eżerċizzi mmexxija mir-Rev. Patri Joseph Zahra OP. Illum issir il-Ġabra Speċjali b’risq ir-Restawr tal-Knisja tagħna.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com