Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Jum is-Solennità ta’ San Ġużepp

Jum is-Solennità ta’ San Ġużepp

Il-Ħamis 19 ta’ Marzu

Fis-6.00 a.m. Quddiesa bl-omelija.
Fis-7.00 a.m. Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Silvestru C. Magro O.F.M., flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, fejn fiha jingħad it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
Fit-8.00 a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Wisq Rev. Patri Richard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjali fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat.
Fid-9.00 a.m. Jasal proċessjonalment fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù’ mill-Knisja Katidrali ta’ Malta fl-Imdina, il-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, fejn lilu tigi mogħtija merħba b’daqq ta’ Marci mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam ħdejn il-Każin tagħha. Kif ukoll isir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti matul il-korteo proċessjonali.
Fid-9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali Solenni mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku flimkien mal-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan bil-paneġierku mir-Rev. Kan. Dun Joe Mifsud. Issir ukoll il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Imtarfa.
Wara f’Palazzo Xara, isir riċeviment għal persuni distinti u benefatturi tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam fis-swali tal-Każin ta’ l-istess Għaqda Mużikali.
Fl-10.15 a.m. Quddiesa Letta fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat.
Waqt is-Sanctus tal-Quddiesa u f’nofs in-nhar isir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.
Fis-1.00 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam, li jibda minn taħt l-Ark Trijonfali fi Triq San Pawl u jgħaddi minn dawn it-
toroq: Il-Patrijiet, Bir il-Ljun, San Martin, Indri Borg, San Pawl, Wesgħa tal-Mużew, Doni, 
San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Guzepp, fejn il-Marc jigi fit-tmiem tiegħu quddiem il-Każin fost il-ferħ u l-kant tal-Innijiet Ġużeppini.
Fil-5.15 p.m. Quddiesa bl-omelija. 
Fis-6.00 p.m. Għasar Solenni mmexxi mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Silvestru C. Magro O.F.M.
Fis-6.00 p.m. Il-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt, tagħmel Marċ minn ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fi Triq San Ġużepp li jgħaddi mit-toroq: Pjazza L’Isle Adam, Santu Wistin, Repubblika, Il-Kbira, San Pawl sa ħdejn il-planċier. Wara tilqa’ bid-daqq tal-Innu Popolari, l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-ħrug u fid-dħul tagħha fil-Knisja. Matul id-dawra tal-purċissjoni, l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċier ħdejn il-Knisja.
Fis-6.30 p.m. Il-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ tagħmel Marċ minn quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp, li jgħaddi mit-toroq: San Pawl u San Ġużepp sa Pjazza L’Isle Adam, fejn tilqa’ l-istatwa ta’ San Ġużepp bid-daqq tal-Innu Popolari u tkompli takkumpanja wara l-istess statwa b’daqq ta’ Innijiet lil San Ġużepp matul id-dawra tal-purċissjoni sat-triq tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.
Fis-7.00 p.m. Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, immexxija mill-E.T. Mons. Silvestru C. Magro O.F.M., bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. 
Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jsir ħruq ta’ Salut u Kaxxa Infernali. Filwaqt li matul il-purċissjoni jsir ħruq ta’ diversi Murtaletti u Murtali tal-kulur. X’ħin l-istatwa tasal taħt l-Ark Trijonfali tigi maħruqa Kaxxa Infernali tal-Kulur. Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja, isir ħruq tal-Logħob tan-Nar minn fuq il-bejt tal-Każin tal-Banda L’Isle Adam.
Fl-10.00 p.m. Dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Knisja. Fejn jitkantaw l-Innu Popolari u l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com