Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Lejlet il-Festa

Lejlet is-Solennità ta’ San Ġużepp

L-Erbgħa 18 ta’ Marzu

Fis-7.30 a.m. Quddiesa Konċelebrata bil-kant tat-Te Deum immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M., Vigarju Appostoliku  ta’ Bengħazi – Libja.
Ħruq ta’ Kaxxa, Murtali u Murtaletti.
Fl-11.45 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.
Fil-5.00 p.m. Quddiesa bl-omelija.
Fis-6.00 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Ġużepp, mis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u Għasar Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Richard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjali.  Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Silvestru C. Magro O.F.M.
Waqt it-Translazzjoni jsir ħruq ta’ Salut, Kaxxa Infernali u Murtaletti.
Fit-7.45 p.m. Quddiesa bl-omelija.
Fit-7.45 p.m. Il-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam tagħmel Marċ minn quddiem il-Każin tagħha fi Triq San Pawl għat-toroq: San Ġużepp, Pjazza L’Isle Adam, Santu Wistin, Repubblika, Il-Kbira u San Pawl fejn ittemm il-marċ tagħha quddiem il-Knisja Ta’ Duna fil-11.00 p.m. 
Fit-8.30 p.m. Il-Banda Beland taż-Żejtun tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċir quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u wara tagħmel Marċ minn quddiem l-istess planċir tul Triq San Pawl sa’ tarf Triq il-Kbira fejn terġa’ tinżel tul it-triq tal-Knisja quddiem il-Banda L’Isle Adam fejn ittemm il-marċ tagħha fil-11.30 p.m., fil-Wesgħa tal-Mużew, quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp.
Fid-9.15 p.m. Ħruq tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru, fejn isir ħruq ta’ Sfejjer, Blalen, Beraq Pront u Murtali tal-Kulur. 
Fil-11.30 p.m. Ħruq ta’ Kaxxa Infernali tal-Kulur u wara jsir il-Logħob tan-Nar tal-Art fil-Wesgħa tal-Mużew ħdejn id-Domus Rumana.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com