Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

L-Aħħar Jum tat-Tridu

L-Aħħar Jum tat-Tridu

It-Tlieta 17 ta’ Marzu

Fil-5.30 p.m. Għasar Kantat.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata.  Prietka tat-Tridu u wara Kurunella ta’ San Ġużepp, kant tal-Innu u Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Fit-8.30 p.m. Il-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam tagħmel marċ li jibda minn taħt l-Ark fi Triq San Pawl u jgħaddi minn dawn it-toroq: Bir il-Ljun, Doni l-Qadima, Flats, Doni, San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp u San Pawl fejn jintemm quddiem il-Każin. Fejn isir Logħob tan-Nar minn fuq il-bejt tal-istess Każin. 
X’ħin il-Marċ jasal fit-Triq San Ġużepp ħdejn is-Santwarju ta’ San Ġużepp, jiġi nawgurat maffkar lil Mons. Dr Paolo Pullicino maġemb il-bieb iż-żgħir tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.
Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.
Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-knisja jsir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti.
Fid-9.15 p.m. Ħruq ta’ Murtali, Murtaletti, Blalen, Murtali tal-Kulur u Kaxxa tal-Kulur.


 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com