Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

L-Ewwel Jum tat-Tridu

L-Ewwel Jum tat-Tridu

Il-Hadd 15 ta’ Marzu

Fid-9.00 a.m. Korteo mit-tfal minn ħdejn il-kunvent tal-Patrijiet Agostinjani għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù. It-tfal huma mitluba li jgibu magħhom fjuri biex joffruhom lil San Ġużepp u offerta tal-flus biex jagħtuhom lit-tfal inqas ixxurtjati. Waqt il-Korteo jindaqqu innijiet lil San Ġużepp mill-Banda L’Isle Adam u jsir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fl-9.45 a.m. Quddiesa bl-omelija għat-tfal, immexxija mir-Rev. Patri Joseph Formosa O.F.M. Conv., bis-sehem tal-Kor Santa Klara. Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp fis-Santwarju tiegħu. Wara l-Quddiesa ssir attivita’ soċjali għat-tfal fis-sala tal-Każin tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, f’Palazzo Xara, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-istess Għaqda Mużikali. 

Fil-5.30 p.m. Għasar Kantat.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata. Prietka tat-Tridu mir-Rev. Patri Joseph Ciappara O.F.M., Kurunella ta’ San Ġużepp, kant tal-Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.30 p.m. Kunċert Ġenerali tal-Marċi mill-Banda L’Isle Adam fis-sala tal-Każin tal-istess Għaqda Mużikali, f’Palazzo Xara.


Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.
Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-knisja jsir ħruq ta’ Murtali, Kaxxa u Murtaletti.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com