Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ftuħ tal-Festa – Ħruġ tal-Istatwa

Ftuħ tal-Festa – Ħruġ tal-Istatwa

Il-Ħadd 8 ta' Marzu

Fl-9.45 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Patri Adrian J. Cachia O.F.M., bis-sehem tal-Fergħat kollha fi ħdan il-Komunità Ġużeppina tar-Rabat u dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Festa ta’ San Ġużepp.

Fl-10.30 a.m. Marċ mill-Banda L’Isle Adam minn quddiem il-Każin tagħha Palazzo Xara sa ħdejn l-Ark Trijonfali fi Triq San Pawl. Fejn wara ssir l-inawgurazzjoni tar-restawrazzjoni tal-istess Ark.

Fil-5.30 p.m. Ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawrazzjoni tal-kwadru ta’ Mons. Dr Paolo Pullicino, id-Donatur tal-istatwa proċessjonali ta’ San Ġużepp.
Fis-6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Wisq Rev. Gwardjan Patri Stephen Magro O.F.M., Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bis-sehem tar-reffiegħa tal-istatwa ta’ San Ġużepp. Jingħata l-mandat lir-reffiegħa u wara jitwassal l-Appell tal-Festa u jsir il-ħrug solenni tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-knisja.

Fit-8.00 p.m. Riċeviment għall-Bandisti u l-Membri tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, fis-Sala tal-Każin, f’Palazzo Xara.

Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 p.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.
Waqt il-ħrug tal-istatwa fil-knisja, jsir ħruq ta’ Salut, Kaxxa u Murtaletti.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com