Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Avviżi

Ġbir mid-djar Rabtin b'risq il-Festa ta' San Ġużepp

Mill-Lum it-Tnejn 2 ta' Frar 2015 se jibda l-ġbir mid-djar b’risq il-Festa ta’ San Ġużepp minn persuni awtorrizati mill-Arċikonfraternita, nitolbukom tkunu ġenerużi kif dejjem kontu.

Membri ġodda fi ħdan l-Arċikonfraternita'

Dawk il-persuni li jixtiequ jidħlu bħala membri fi ħdan l-Arċikonfraternita bħala fratelli u Konsorelli għandhom jieħdu l-formola mingħand il-Gwardjan u jirritornawa għandu sal-aħħar ta’ Frar. Il-Vestizzjoni tal-membri ġodda se ssir fl-Aħħar Erbgħa. 

Registrazzjoni Ġimgħa l-Kbira 2015

Il-Moderatur tal-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jixtieq javża li fil-Ħdud, se jibda jkun fil-Kunvent biex jilqa’ r-registrazzjoni ta’ dawk li jridu jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m.

Ħlas tal-Menswalita'

Filwaqt li nfakkru li l-Fratelli u l-Konsorelli, huma mitluba biex iħallsu l-menswalita’ tagħhom bħala membri fi ħdan l-istess Fratellanza. Dan il-ħlas għandu jsir għand it-Teżorier, is-Sur Joe Pearson. Il-Moderatur tal-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jixtieq javża li fil-Ħdud, qed ikun fil-Kunvent biex jilqa’ r-registrazzjoni ta’ dawk li jridu jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m.

Bnadar

Il-Bnadar waslu u dawk kollha li s-sena l-oħra ordnaw il-Bandiera javviċinaw lil Adrian Zahra u Glen J. Micallef biex jixtruha għall-prezz ta' €15. Niskużaw ruħna għad-dewmin iżda ma kellna l-ebda kontrol min-naħa tagħna.
Ejjew ħalli nkomplu nsebbħu r-Rabat fil-jiem l-aktar għeżież għalina.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com