Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb: Is-Seba' Erbgħa

Is-Seba’ Erbgħa : Il-Mewt

Evanġelju:
Tfajla qiegħed ingħidlek, qum

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark (5: 21-43)

F’dak iz-zmien: Wara li Ġesu’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-Sinagoga, jismu Ġajru. Dan malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.” Ġesu’ telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.

Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u dawn qalulu: “Bintek mietet; għalfejn tħabtu iżjed ‘l imgħallem?” Iżda Ġesu’ sema’ x’kienu qed jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: “Tibżax, biss inti emmen.” U ma ħalla ‘l ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, il Ġakbu u ‘l Ġwanni ħu Ġakbu.

Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. Daħal, u qalillhom: “dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhix mejta, imma rieqda.” U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċihom ilkoll ‘il barra, ħa miegħu ‘l missier it-tfajla u ‘l ommha u ‘l dawk li kienu miegħu u qalilha: “qum!” Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi: għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. U hu wissiehom biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.


Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

Ħsieb:- Quddiem il-mewt kulħadd jimmuta. X’tiswa l-ħajja tal-bniedem meta wara tant tbatija u sagrifiċċju jispiċċa kollox. Il-bniedem li ma jemminx jirvella quddiem il-qerda tal-mewt.

Iżda il-viżjoni tal-mewt tan-nisrani hi totalment opposta għal dik ta’ min jemminx. In-nisrani jemmen li Alla ħalaq il-bniedem biex jgħix għal dejjem. Il-mewt hija l-bidla għal ħajja magħquda ma’ Alla. Ġużeppi ta’ Nazaret, hekk kien jemmen u bl-akbar rassenjazzjoni laqa’ l-mewt mdawwar minn Ġesu’ u Marija.

Talba:- Agħmel, Mulej, li ngħammlu mewta tajba bit-tama tal-ħajja ta’ dejjem flimkiem miegħek fil-Ġenna.
Bi Kristu Sidna 
Ammen.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com