Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb: Is-Sitt Erbgħa

Is-Sitt Erbgħa :L-Imħabba 

Evanġelju: I ir-rghajja marru jghagglu, u sabu lil Marija u lil Guzeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.

Qari mill-Evanġelju ta‟ San Luqa (2:16-21) 

F’dak iz-zmien, ir-rghajja marru jghagglu, u sabu lil Marija u lil Guzeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgharrfu b‟kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semaghhom baqa‟ mistaghgeb b‟dak li qalulhom ir-rghajja. Marija, min-naha taghha, baqghet tghozz f‟qalbha dawn il-hwejjeg kollha u tahseb fuqhom bejnha u bejn ruhha. Ir-rghajja mbaghad regghu lura, isebbhu u jfahhru lil Alla ghal kulma kienu raw u semghu, kif l-anglu kien qalilhom. Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jaghmlulu c-cirkoncizjoni, semmewh Gesù, bl-isem li kien tah l-anglu qabel ma tnissel fil-guf.

Il-Kelma tal-Mulej 

Tifħir lilek Kristu 

Ħsieb:- Ġużeppi kien l-ewwel wieħed wara Marija li niżel għarkupptejh jadura t-tarbija Ġesu’. L-Isqof Sheen jgħid li dak inhar kienet l-ewwel esposizzjoni ta’ Ġesu’, flok fil-ġilandra, fil-maxtura. L-Ewwel nies li tawh qima kienu ommu Marija, missieru putattiv Ġużeppi, ir-rgħajja, u l-maġi li “nxteħtu fl-art jadurawh” (MT 2,11) 

Talba:- Ġużeppi għallimna biex bħalek u bħal Marija naduraw mill-qalb lil Ġesu‟ Ewkaristija u nifhmu aktar il-misteru kbir tal-karnozzjoni tal-Iben t‟Alla fuq din l-art.  Bi Kristu Sidna Ammen. 

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com