Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb: Il-Ħames Erbgħa
Il-Ħames Erbgħa : Imħejjija f’Kull Ħin

Evanġelju: Tassew ngħidilkom lilkom ma nafkomx Ishru mela, għaliex la tafu l-jum u qanqas is-siegħa.

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew: (Mt 25, 1-16)

F’dak iz-zmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna jsib nies għax-xogħol u jħaddimhom fil-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom il-għalqa. Ħareġ ukoll madwar id-disgħa ta’ filgħodu, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, “Morru intom ukoll il-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”. U marru. Reġa’ ħareġ għal xi nofsinhar, u mbagħad għal xi t-tlieta, u għamel l-istess. Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar reġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, “Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?” Qalulu, “Ghax ħadd ma qabbadna.” Qalilhom, “Morru intom ukoll il-għalqa.”


Għal filgħaxija mbagħad sid il-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, “Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk ta’ l-ewwel.” Ġew dawk li daħlu għax-xogħol għal xi l-ħamsa u ħadu dinar kull wieħed. Ġew ta’ l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu, “Dawn ta’ l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana.” Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, “Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehimt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta’ l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir

għax jien qalbi tajba? Hekk ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta’ l-ewwel l-aħħar.”

Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

Ħsieb:- Hekk Ġużeppi u Marija ħadmu fl-għalqa tal-Mulej. Illum qed jieħdu it-tifħir mistħoqq fis-sema u fl-art. Marija u Ġużeppi tassew rashom quddiem l-ordni t’Alla, kemm aħna nagħmlu bħalhom u naqbdu l-moħriet u nidħlu fl-għalqa tal-Mulej. Il-Koppja ta’ Nażaret flimkien id f’id daħlu jaħdmu f’din il-mixja flimkien mal-iben t’Alla. Ma kienetx faċli iżda aċċettaw ir-rieda t’Alla l-Missier.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com