Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb: Ir-Raba' Erbgħa

Ir-Raba’ Erbgħa : It-Tezor ta’ Ħajjitna.

Evanġelu: Imur ibiegħ kull ma jkollu u jixtri dik il-għalqa.

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew: (Mt 13, 44-52)

F’dak iz-zmien: Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbaħ lil tezor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibiegħ kull ma jkollu jixtri dik l-għalqa. Is-Saltna tas-smewwiet tixbaħ ukoll lil wieħed negozjat ifittex ġawhar fin, meta sab waħda tiswa’ ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha. Is-Saltna tas-smewwiet tixbaħ ukoll xibka mixħuta l-baħar li fiha inġabar kollox. Meta timtela’ jtellgħuha x-xatt, joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħazin. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħziena mit-tajbin, u jixtħuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm biki u theziz tas-snien.”

Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

Ħsieb:- Qabel ma ħa lil Marija bħala martu Ġuzeppi kellu ħafna ħsibijiet u pjanijiet ta’ dak li kellu jagħmel il-quddiem fil-ħajja. Ħabta u sabta deherlu l-Anġlu tal-Mulej u ħabbarlu il-pjan ta’ Alla għalih. Ġuzeppi kien sab tezor, tezor li minħabba fih kellu jibdel il-pjanijiet kollha li kellu f’moħħu

Aħna ukoll bħal Ġuzeppi, għandna tezor, it-tezor tal-Fidi. Ħafna drabi, minħabba l-Fidi tagħna, ikollna nbiddlu ħafna mill-pjanijiet li nixtiequ nwettqu fil-Ħajja tagħna.

Talba:-Mulej agħtina l-għajnuna meħtiegġa biex qatt ma naqtgħu qalbna quddiem is-sagrifiċċji u l-provi li titlob minna il-Fidi.

Bi Kristu Sidna Ammen.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com