Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb: It-Tielet Erbgħa

It-Tielet Erbgħa: Il-Ferħ Nisrani

Evanġelju: Inti huwa dak li għandu jiġi, jew istennew lil Ħaddieħor?
Qari mill-Evanġelu ta’ San Mattew (Mt 11, 2-11.)


F’dak iz-zmien: Ġwanni l-Battista, li kien il-ħabs, sema’ bl-egħmejjel tal-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u qallu: “Int huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Ġesu’ wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li smajtu u rajtu: il-għomja jaraw iz-zopop jimxu, l-imġiddmin ifiequ, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, u l-Bxara t-tajba titħabbar lill-fqar. Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija!”

Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

Ħsieb:- Ilkoll nafu, li fil-bidu meta San Ġuzepp sar jaf li kellu jieħu ħsieb lil Ġesu’, tfixkel. Ħass ruħu mbezzgħa b’dik il-missjoni hekk kbira. Ftit ftit, din il-biza’, ingħelbet mill-ferħ. Ġuzeppi laqa’ l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesu’ u kienet din l-istess aħbar li qawwietlu qalbu u zammitu ferħan fil-ħajja iebsa li għex.

Jekk bhal Ġuzeppi nilqgħu l-Ahbar it-Tajba nindunaw li Kristu biss jgħallimna l-veru sens tal-ħajja, u turina f’min għandna nafdaw dejjem u f’kollox.

Talba:- Nitolbuk Mulej, li dejjem u f’kollox tkun int tmexxina bid-dawl tiegħek tas-sema.

Bi Kristu Sidna Ammen.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com