Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Ħsieb

L-Ewwel Erbgħa : Il-Familja Nisranija.

Evanġelju:-

Ħu miegħek lit-Tifel u l’Ommu u aħrab lejn l-Eġittu
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew:- (Mt.2, 13-15, 19-23.)

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jiena, għax Erodi se jfittex it-tifel biex joqtlu.”
Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi. B’hekk seħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, “Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.”
Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael. Imma billi sema’ li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, beza’ jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, inġabar fl-inħawi tal-Galilija, u mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret hekk iseħħ dak li kien jingħad permezz tal-profeti, “Ikun jissejjaħ Nażri.”

Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

Ħsieb:- Il-Qagħda tal-Familja fi żminijietna tixbaħ ħafna lill-qagħda tal-Familja Mqaddsa mmexxija minn Ġużeppi. Il-familja tal-lum għaddejja minn taqlib kbir. Il-Familja tal-lum tħabbat wiċċa ma’ ħafna problemi.

In-nisrani quddiem din is-sitwazzjoni m’għandux jitħawwad. Bħal Ġużeppi, in-nisrani għandu jkun bniedem ta’ ottimiżmu u azzjoni. Jeħtieġ li aħna nqumu u naħdmu għall-għaqda, s-saħħa, is-sliem, is-sigurta’ u l-progress sħiħ u veru tal-Familja tagħna.

Talba:- Missier l-aktar ħanin, inti tgħajjixna bis-sagramenti tiegħek, agħmel li nimxu dejjem fuq l-eżempji tal-Familja Mqaddsa, biex wara t-taħbit ta’ din id-dinja, nissieħbu magħha fil-Ġenna.

Bi Kristu Sidna Ammen

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com