Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Seba' Erbgħat f'ġieħ San Ġużepp

Bit-tħejjija spiritwali għall-Festa tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2014
Organizzati mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp
fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat
Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani
Rabat tal-Imdina

Matul dawn l-Erbgħat fil-5.30 p.m. jingħad ir-Rużarju, Talba u Kurunella ta’ San Ġużepp.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata bil-prietka u wara kant tal-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Matul dawn l-Erbgħat jipprietka Rev. Dun Dillon Bugeja.

L-Ewwel Erbgħa – 21 ta’ Jannar:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Stephen Magro O.F.M., Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp.

It-Tieni Erbgħa – 28 ta’ Jannar:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Michael Attard O.F.M. Conv. Gwardjan tal-Komunitá tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Knisja ta’ San Franġisk – Rabat.

It-Tielet Erbgħa – 4 ta’ Frar:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Raphael Abdilla O.S.A., Pirjol tal-Komunitá tal-Patrijiet Agostinjani tal-Knisja ta’ San Mark – Rabat.

Ir-Raba’ Erbgħa – 11 ta’ Frar:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Raymond Gatt O.P., Pirjol tal-Komunitá tal-Patrijiet Dumnikani tal-Knisja Sidtna Marija tal-Għar – Rabat.

Il-Ħames Erbgħa – 25 ta’ Frar:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Charlo’ Carmel Camilleri O.Carm, Rettur tal-Knisja tal-Annuzjata tal-Patrijiet Karmelitani – Imdina. 

Is-Sitt Erbgħa – 4 ta’Marzu :

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Fr. Joe Barbara M.S.S.P., f’isem il-Komunitá tas-Soċjetá Missjunarja ta’ San Pawl – Rabat.

Is-Seba’ Erbgħa – 11 ta’ Marzu:

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tiġi mmexxija mir-Rev. Patri Marcellino Micallef O.F.M., Vigarju Provinċjali tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri.  Fejn fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Fratelli u Konsorelli ġodda fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp.

Minn din is-sena f'dawn l-Erbgħat fin-12:30pm ser ikun imxandar programm ta' nofs fuq Radju Marija 1102.3fm li fih jingħad Rużarju, Ħsieb, Kurunella u Talba.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com