Untitled Document
Untitled Document
  Attivitajiet
   
 
  Facebook

Jum it-Tifkira ta' dawk li sfaw vittmi tal-Gwerra

Jum it-Tifkira ta' dawk li sfaw vittmi tal-Gwerra

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru, huwa Jum it-Tifkira ta’ dawk kollha li sfaw vittmi minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk dak in-nhar l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp kif għamelt fis-snin li għaddew se tfakkar dawk il-Vittmi Rabtin li mietu matul din il-Gwerra. B’ċelebrazzjoni tal-Quddiesa b’suffraġju għar-ruħ dawn il-Vittmi fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani fl-9.45 a.m. immexxi mir-Rev. Gwardjan Patri Stephen Magro O.F.M., bis-sehem tal-Kor San Franġisk t'Assisi u wara se tagħmel Korteo li se jiġi mexxi mil-Girl Guides tar-Rabat minn quddiem l-istess knisja għall-quddiem il-Monument li jfakkar dawn il-Vittmi fi Ġnien Haword. Fejn quddiem l-istess Monument issir Ċelebrazzjoni ta’ Tifkira u wara jitqgħedu bukketti tal-fjuri f’riġlejn l-istess Monument mis-Sindki tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Imtarfa, mir-rappreżentati tal-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin u mill-qraba tal-Vittmi.

 
     
  ara ritratti
  ara vidjos
 
 
Untitled Document

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com