Untitled Document
Messagg mir-Rettur

Għeżież,

Huwa ta’ pjaċir kbir għalina li nilqgħakom f’dan is-sit elettroniku li l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina qed tniedi bħala mezz ta’ komunikazzjoni biex b’dan il-mezz tkun tista’ twassal b’mod aħjar l-għanijiet spiritwali u soċjali tagħha kif ukoll l-attivitajiet tagħha. B’hekk ukoll iżomm aktar kuntatt mhux biss mal-membri tagħha iżda wkoll ma kull min huwa nteressat f’dak kollu li jirrigwarda din l-Arċikonfraternità.

Infakkar li l-Arċikonfraternità l-ewwelnett hija Għaqda Reliġjuża fi ħdan il-Knisja b’għan nobbli spirtitwali u soċjali li ilha mwaqqfa għal aktar minn ħames mitt sena. Għaqda kbira u attiva b’mijiet ta’ membri fiha u għalhekk hemm bżonn li nkomplu insaħħuwha speċjalment fi żminjietna fejn qed ngħixu f’realtà fejn in-nisrani għandu bżonn ta’ ħafna tagħlim u talb li jsaħħu. Irridu nsaħħu din l-Arċikonfraternità f’dik li hija spiritwalità permezz tat-tagħlim nisrani u formazzjoni tal-Frtatelli u l-Konsorelli membri tagħħa u dan huwa nrċċesarju ħafna. Kien għalhekk li bdejna l-Laqgħat ta’ Katekeżi ta’ kull l-ewwel Erbgħa ta’ kull xhar għal dawn il-Fratelli u Konsorelli membri tagħna. Huwa fid-dmir tagħna li dawn il-laqgħat rridu nkomplu nsaħħuhom billi rridu nkabbru l-interess fihom u aktar membri tagħna jiġu jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat li qed nagħtuhom ukoll forma ta’ ċelebrazzjoni liturġika b’adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat u b’ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, fejn fiha ssir il-katekeżi.

Ma’ dawn l-attivitajiet spiritwali, reliġjużi u devozzjonali tagħna rridu wkoll inkomplu bl-inizjattivi soċjali u karitattivi li huma sinonimi ma’ din l-Arċikonfraternità.

Nitolbu lil Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużep - Patrun tagħna biex fuq l-eżempju tiegħu nkomplu nimxu fil-kors tal-ħajja tagħna u bħalu nsiru qaddisin, kif jitlob minnha l-istess statut tal-Arċikonfraternità tagħna. Ġentilment nixtieq ukoll nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew b’ieħor jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-Arċikonfraternità biex tkompli twettaq il-missjoni tagħha.

J'Alla San Ġużepp jaqla’ għal kull wieħed u waħda minna l-barka tal-Iben t’Alla.

Anthony Casha
Rettur

Attivitajiet Kurrenti

Bħallissa ma hemmx Attivitajiet Kurrenti.

ara l-attivitajiet kollha
Pagna ta Facebook

Untitled Document

ara l-Vidjos Kollha

L-Ewwel t'Awwissu
L-Ewwel t'Awwissu
Festa San Ġużepp 2016
Festa San Ġużepp 2016
Ġimgħa l-Kbira 2016
Ġimgħa l-Kbira 2016
Jum it-Tifkira
Jum it-Tifkira
 
       ara r-ritratti kollha

17 ta' April 2016

Festa Arċikonfraternita'
ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina

RF Designs - http://designs.robertoformosa.com